SENSIELA ĠDIDA TA’ ŻJARAT KULTURALI GĦAL KULĦADD
PR1657
03/11/2008
| Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qed | iniedi sensiela oħra ta’ Żjarat Kulturali għal kulħadd. Dawn iż-Żjarat Kulturali llum saru parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet li bosta jkunu qed jistennew kull sena biex ikabbru t-tagħrif tagħhom dwar il-patrimonju u dak kollu li hu Malti. |
| B’kollox se jkun hemm tmien żjarat li ser | jinżammu bejn il-Ħadd 23 ta’ Novembru 2008 u l-10 ta’ Mejju 2009. |
| Il-programm ta’ dawn iż-żjarat ser ikun | imqassam hekk: |
| Il-Ħadd, 23 ta’ Novembru 2008 | • Il-Palazz tal-Inkiżitur fil-Girgenti • Il-Palazz Verdala fil-Buskett • Il-Knisja l-Qadima u l-Knisja tal-Provvidenza fis-Siġġiewi |
| Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru 2008 | Żjara fil-Birgu bi gwida elettronika • Id-Dar Normanna fil-Birgu • Naqsmu għall-Isla bid-dgħajsa Maltija • Il-kappella ta’ San Ġiljan u Forti ta’ San Mikiel fl-Isla |
| Il-Ħadd, 18 ta’ Jannar 2009 | • Il-Katakombi ta’ San Pawl u d-Dar Rumana fir-Rabat • Is-Sotterrani mwiergħa fl-Imdina • Dawra mar-Rabat, l-Imdina u l-Imtarfa bil-ferrovija |
| Il-Ħadd, 8 ta’ Frar 2009 | Fil-Belt Valletta: • Il-Berġa ta’ Aragona • Il-Berga tal-Baviera • Il-Knisja tal-Pilar • L-oratorju ta’ Ġesu’ Nazzarenu tal-Arċikonfraternita’ tal-Madonna tal-Karmnu • Il-Casino Maltese • Id-Domus Pauli b’wirja Pawlina filwaqt li nassistu għall-pellegrinaġġi Nazzjonali Pawlini min diversi knejjes fil-Belt |
| Il-Ħadd, 15 ta’ Marzu 2009 | • Għar Dalam • Il-Kappella ta’ Loretu fil-Gudja • Il-Ġnien taċ-Ċiniżi f’Santa Luċija • It-Tempji ta’ Ħal-Tarxien |
| Il-Ħadd, 5 t’April 2009 | Għawdex u l-Kult tal-Ġimgħa Mqaddsa Ħarġa Kulturali ta’ ġurnata f’Għawdex fejn barra postijiet ta’ interess niskopru wkoll id-drawwiet u l-Kult tal-Ġimgħa Mqaddsa f’din il-gżira. |
| Il-Ħadd, 26 t’April 2009 | Fil-Furjana: • Il-Ġonna tal-Argotti , tal-Mall u ta’ San Filippu • Il-Mużew tal-Pulizija u l-kriminalita’ • Ġnien il-Mistrieħ |
| Il-Ħadd, 10 ta’ Mejju 2009 | Dawra bil-Lanċa mal-Gżejjer ta’ San Pawl u l-inħawi |
| Kull min jixtieq japplika biex jattendi għal | dawn iż-żjarat għandu jimla applikazzjoni li tinġabar mill-Kunsill Malti ghall-Kultura u Arti, 230 Triq ir-Repubblika il-Belt Valletta, sa mhux aktar tard mill-Erbgħa ta’ qabel kull zjara rispettiva. |
| Jiġu wkoll aċċettati applikazzjonijiet | għaż-żjarat kollha li fuqhom hemm prezz ridott. Aktar informazzoni tista’ tingħata permezz tat-telefon billi wieħed iċempel fuq 21232515 jew 21245168 inkella billi jibgħat e-mail fuq noeldamato@maltaculture.com jew billi jżuru is-sit elettroniku www.maltaculture.com |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en