Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CLYDE PULI JINDIRIZZA SEMINAR GĦALL-COACHES TAT-TENNIS

PR1654
Date Icon 01/11/2008
“Il-Gvern flimkien mal-Kunsill Maltigħall-Isport jinsabu għaddejin fuq ħidma sabiex jinħoloq direttorju ta’ coaches kwalifikati. Hemm bżonn li jkollna stampa ċara tal-livell tal-coaches f’pajjiżna u fejn hemm il-ħtieġa noffru taħriġ biex il-livell ikompli jitjieb.”
Dan qalu s-Segretarju Parlamentarigħaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza seminar organizzat mill-Federazzjoni Maltija tat-Tennis bl-għan speċifiku li jibni direttorju tal-coaches skond il-klassifikazzjoni tagħhom.
Clyde Puli faħħar l-inizjattiva li ħadetil-Federazzjoni Maltija tat-Tennis sabiex tirregolarizza dan il-qasam tant importanti fl-iżvilupp tekniku tal-isport. Huwa qal li dan qed isir bl-assistenza tal-amministraturi fil-kamp Ewropew u mondjali.
Is-Segretarju Parlamentari spjega kifil-faċilitajiet sportivi, l-amministrazzjoni, l-uffiċjali, il-coaches u l-players huma sisien importanti fl-iżvilupp ta’ kull dixxiplina sportiva. Huwa saħaq dwar l-importanza li dawn jimxu ’l quddiem flimkien.
Clyde Puli spjega l-importanza li l-coachesikunu kwalifikati b’mod partikolari meta jkunu fdati bir-rwol li jħarrġu lit-tfal. Saħaq li l-element tal-ħiliet bażiċi ta’ dixxiplina sportiva hu fundamentali. Huwa kompla jgħid li għaldaqstant jkun żball kbir jekk xi tfal li jħobbu l-isport jiġu mħarrġa minn xi ħadd li ma jagħrafx il-ħtiġijiet partikolari tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari fakkar is-suċċesstat-tennisti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-żgħar, li kienu fost l-ewwel rebbieħa ta’ midalji għal pajjiżna f’dawn il-logħob. Huwa kompla jgħid li dan is-suċċess seħħ permezz ta’ taħriġ serju u gwida minn coaches imħarrġa.
Clyde Puli ħeġġeġ biex AssoċjazzjonijietSportivi oħra jsegwu lill-Federazzjoni Maltija tat-Tennis u jieħdu ħsieb li jirregolarizzaw dan is-settur li huwa importanti għall-iżvilupp ta’ l-isport.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow