Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-WIRJA TA’ SKULTURA KONTEMPORANJA "VOLUMES" TA’ VICTOR AGIUS FIL-MINISTERU GĦALL-GĦAWDEX, IR-RABAT, GĦAWDEX - IS-SIBT,  1 TA’ NOVEMBRU 2008

PR1653
Date Icon 01/11/2008
Huwa ta’ sodisfazzjon kbir linkun hawn magħkom illejla biex niftaħ din l-esibizzjoni ta’ skultura kontemporanja ta’ Victor Agius.
Din l-esibizzjoni mhux bissturina t-talent li għandu Victor Agius imma turina lkoll il-kapaċitajiet u l-entużjażmu taż-żagħżagħ.
Għalkemm Victor għadu ta’ etàrelattivament żgħira, diġa rnexxielu jikseb ħafna suċċessi fil-qasam tal-arti.  L-esbizzjonijiet tiegħu fl-Italja u x-xogħlijiet tiegħu esposti f’mużewijiet barra minn Malta jagħmlu lil Victor ambaxxatur ta’ pajjiżna fid-dinja tal-arti.  Ta’ dan nixtieq nirringrazzjah f’isem il-poplu Malti u Għawdxi.
Nemmen ukoll li Victor jista’jibgħat messaġġ importanti liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għax bix-xogħlijiet artistiċi tiegħu juri l-importanza li jiżviluppaw t-talenti u l-kapaċitajiet tagħhom.  Victor attenda l-Università ta’ Malta fejn studja l-arti u nixtieq nuża dan l-eżempju biex nibgħat messaġġ liż-żagħżagħ tagħna biex huma wkoll ikomplu jinvestu fl-edukazzjoni tagħhom u jiżviluppaw it-talenti tagħhom.  Il-Gvern jemmen ħafna fil-potenzjal taż-żgħażagħ.
It-twaqqif tal-Istitut tal-Artiu d-Disinn ġewwa l-MCAST joffri opportunità liż-żgħażagħ u l-adulti jkomplu l-edukazzjoni fl-arti.  Mit-twaqqif tiegħu, in-numru ta’ studenti baqa’ jiżdied u llum ilaħħaq aktar minn erbà mitt student.  Sal-aħħar tal-2009, l-Istitut sa jkollu ċentru mill-aktar modern għat-taħriġ fil-multimedia.
Dan l-investment huwa bbażat fuqil-kapaċitajiet u l-potenzjal tal-poplu tagħna.  L-artist żagħżugħ Victor Agius huwa mudell għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin biex ikomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom.
Filwaqt li nifraħlek għal dinil-wirja, nawguralek għall-futur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow