STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U L-AFFARIJIET RURALI - Kumpanija Privata lesta tkun l-ewwel kumpanija Carbon Neutral
PR1651
01/11/2008
| Kumpanija privata | li topera fil-qasam tat-trasport impenjat ruħha volontarjament li tkun l-ewwel kumpanija tax-xorta tagħha li ssir carbon neutral fil-gżejjer Maltin. |
| Il-kumpanija | John’s Garage f’dawn il-jiem qed tfakkar il-50 sena mit-twaqqif tagħha u biex tikkommemora dan l-anniversarju organizzat attivita’ li matulha tħawlu 50 siġra f’zona qrib Għar Lapsi. Għal din l-attivita’ attenda l-Ministru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino. |
| Matul din l-attivita’ | l-bord tad-diretturi ta’ John’s Garage laqa’ suġġeriment tal-Ministru Pullicino biex il-kumpanija ssir carbon neutral. Dan ser isir billi l-ammont ta’ emmisjonijiet ta’ CO2 li tkun iġġenerat il-kumpanija minn vjaġġi li jkunu għamlu l-vetturi tagħha matul dik is-sena jiġi kkumpensat minn ammont ta’ siġar li jitħawwlu mill-kumpanija. |
| Fil-jiem li | ġejjin ser isiru aktar diskussjonijiet bejn uffiċjali tal-kumpanija u uffiċjali tal-Ministeru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali biex tkun maqbula l-formula li fuqha jkun ikkalkulat in-numru ta’ siġar li jkun irid jitħawwel kif ukoll biex ikun aċċertat li s-sistema qed taħdem kif mixtieq. Dan iwassal biex il-kampanja tinnewtralizza l-carbon footprint tagħha ġġenerat mit-trasport. |
| Il-Ministru | Pullicino esprima l-apprezzament tiegħu għar-rieda tal-kumpanijia li tagħmel azzjoni konkreta favur l-ambjent u awgura li aktar kumpaniji jieħdu l-ezempju ta’ John’s Garage u huma wkoll jidħlu għal inizjattivi simili. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en