Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U L-AFFARIJIET RURALI - Kumpanija Privata lesta tkun l-ewwel kumpanija Carbon Neutral

PR1651
Date Icon 01/11/2008
Kumpanija privatali topera fil-qasam tat-trasport impenjat ruħha volontarjament li tkun l-ewwel kumpanija tax-xorta tagħha li ssir carbon neutral fil-gżejjer Maltin.
Il-kumpanijaJohn’s Garage f’dawn il-jiem qed tfakkar il-50 sena mit-twaqqif tagħha u biex tikkommemora dan l-anniversarju organizzat attivita’ li matulha tħawlu 50 siġra f’zona qrib Għar Lapsi.  Għal din l-attivita’ attenda l-Ministru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino.
Matul din l-attivita’l-bord tad-diretturi ta’ John’s Garage laqa’ suġġeriment tal-Ministru Pullicino biex il-kumpanija ssir carbon neutral.  Dan ser isir billi l-ammont ta’ emmisjonijiet ta’ CO2 li tkun iġġenerat il-kumpanija minn vjaġġi li jkunu għamlu l-vetturi tagħha matul dik is-sena jiġi kkumpensat minn ammont ta’ siġar li jitħawwlu mill-kumpanija.
Fil-jiem liġejjin ser isiru aktar diskussjonijiet bejn uffiċjali tal-kumpanija u uffiċjali tal-Ministeru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali biex tkun maqbula l-formula li fuqha jkun ikkalkulat in-numru ta’ siġar li jkun irid jitħawwel kif ukoll biex ikun aċċertat li s-sistema qed taħdem kif mixtieq.  Dan iwassal biex il-kampanja tinnewtralizza l-carbon footprint tagħha ġġenerat mit-trasport.
Il-MinistruPullicino esprima l-apprezzament tiegħu għar-rieda tal-kumpanijia li tagħmel azzjoni konkreta favur l-ambjent u awgura li aktar kumpaniji jieħdu l-ezempju ta’ John’s Garage u huma wkoll jidħlu għal inizjattivi simili.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow