Left arrow Mur Lura

IMĦABBRA L-EWWEL MIŻURA TAĦT IT-TIENI PJAN GĦAL-IŻVILLUP RURALI

PR1647
Date Icon 31/10/2008
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-AffarijietRurali dalgħodu nieda l-ewwel miżura taħt it-Tieni Pjan għal-Iżvilup Rurali li jkopri s-snin mil- 2007 – 2013. Matul dan il-perijodu se jkunu allokati madwar 100 Miljun Ewro għas-Settur Agrikolu. b’kofinanzjament ta’ 75% mill-Unjoni Ewropea u 25% mill-Gvern Malti.
Il-Ministru Pullicino ħabbarli l-Miżura 121, li hija l-ewwel minn 17-il Miżura, se toffri  €13.46 Miljun sabiex il-bdiewa u r-raħħala jkunu jistgħu jinvestu f’titjib fl-istrutturi agrikoli tagħhom.
Il-MinistruPullicino spjega kif din il-Miżura 121 hi maqsuma fi tlett sotto-mizuri. Taħt l-ewwel sotto miżura se jkunu qegħdin jintlaqgħu applikazzjonijiet biex jiġu modernizzati l-irziezet.  It-tieni sotto miżura tinkoraġixxi li jsir investiment għal titjib ambjentali. Din is-sotto miżura tinkorpora fiha xiri ta’ makkinarju  biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u l-konsum tal-iskart. B’hekk din il miżura, żied jgħid l-Ministru Pullicino, qiegħda tinkoraġixxi lill-bdiewa jaddottaw sistemi li jnaqqsu l-impatt ambjentali. It-tielet sotto miżura hija maħsuba sabiex isir investiment biex raħħala jiġu konformi man-normi tad-direttiva tan-nitrati. Dan ifisser investiment fuq ħażna u mmaniġġjar tad-demel fuq l-irziezet.
Il-MinistruPullicino stieden lill-bdiewa u lir-raħħala u kumpaniji li joperaw fis-settur tal-agrikoltura primarja sabiex sa mit-12 ta’ Novembru jibdew japplikaw għal dawn l-iskemi. L-applikazzjonijiet li jiftħu fit-12 ta’ Novembru se jibqgħu miftuħin sat-12 ta’ Jannar ta’ l-2009.  Jekk il-proposta tintgħażel l-applikant jista’ jingħata sa 50% tan-nefqa totali lura, sa massimu ta` 150,000 Ewro.
F’kull każ ta`diffikulta l-bdiewa u r-raħħala huma mħeġġa sabiex iċemplu fuq Freephone 80072310 jew jirrikorru għand l-Aġenzija tal-Pagamenti fl-Għammieri jew fil-każ ta l-Għawdxin ġewwa l-uffiċċju tal-IACS, Victoria Għawdex.
Il-MinistruPullicino temm jgħid li b’dawn l-għajnuniet il-bidwi se jkompli jtejjeb il-kwalita tal-prodott li joffri u b’hekk ikun qed igawdi wkoll il-konsumatur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow