IMĦABBRA L-EWWEL MIŻURA TAĦT IT-TIENI PJAN GĦAL-IŻVILLUP RURALI
PR1647
31/10/2008
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet | Rurali dalgħodu nieda l-ewwel miżura taħt it-Tieni Pjan għal-Iżvilup Rurali li jkopri s-snin mil- 2007 – 2013. Matul dan il-perijodu se jkunu allokati madwar 100 Miljun Ewro għas-Settur Agrikolu. b’kofinanzjament ta’ 75% mill-Unjoni Ewropea u 25% mill-Gvern Malti. |
| Il-Ministru Pullicino ħabbar | li l-Miżura 121, li hija l-ewwel minn 17-il Miżura, se toffri €13.46 Miljun sabiex il-bdiewa u r-raħħala jkunu jistgħu jinvestu f’titjib fl-istrutturi agrikoli tagħhom. |
| Il-Ministru | Pullicino spjega kif din il-Miżura 121 hi maqsuma fi tlett sotto-mizuri. Taħt l-ewwel sotto miżura se jkunu qegħdin jintlaqgħu applikazzjonijiet biex jiġu modernizzati l-irziezet. It-tieni sotto miżura tinkoraġixxi li jsir investiment għal titjib ambjentali. Din is-sotto miżura tinkorpora fiha xiri ta’ makkinarju biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u l-konsum tal-iskart. B’hekk din il miżura, żied jgħid l-Ministru Pullicino, qiegħda tinkoraġixxi lill-bdiewa jaddottaw sistemi li jnaqqsu l-impatt ambjentali. It-tielet sotto miżura hija maħsuba sabiex isir investiment biex raħħala jiġu konformi man-normi tad-direttiva tan-nitrati. Dan ifisser investiment fuq ħażna u mmaniġġjar tad-demel fuq l-irziezet. |
| Il-Ministru | Pullicino stieden lill-bdiewa u lir-raħħala u kumpaniji li joperaw fis-settur tal-agrikoltura primarja sabiex sa mit-12 ta’ Novembru jibdew japplikaw għal dawn l-iskemi. L-applikazzjonijiet li jiftħu fit-12 ta’ Novembru se jibqgħu miftuħin sat-12 ta’ Jannar ta’ l-2009. Jekk il-proposta tintgħażel l-applikant jista’ jingħata sa 50% tan-nefqa totali lura, sa massimu ta` 150,000 Ewro. |
| F’kull każ ta` | diffikulta l-bdiewa u r-raħħala huma mħeġġa sabiex iċemplu fuq Freephone 80072310 jew jirrikorru għand l-Aġenzija tal-Pagamenti fl-Għammieri jew fil-każ ta l-Għawdxin ġewwa l-uffiċċju tal-IACS, Victoria Għawdex. |
| Il-Ministru | Pullicino temm jgħid li b’dawn l-għajnuniet il-bidwi se jkompli jtejjeb il-kwalita tal-prodott li joffri u b’hekk ikun qed igawdi wkoll il-konsumatur. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en