“NagĦtu lura ċ-ċentri tal-lokalitajiet tagĦna lill-poplu” – Dr Mario de Marco
PR1646
31/10/2008
| “Huwa tajjeb | li aktar u aktar Kunsilli jifhmu li meta jippromwovu żoni ċentrali fil-lokalità tagħhom sabiex jingħalqu għat-traffiku jkunu qed jagħtu lura ċ-ċentru storiku tagħhom sabiex igawduh in-nies. Fl-istess ħin inkunu qed intejbu l-prodott turistiku ta’ pajjiżna.” |
| Is-Segretarju | Parlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor. Mario de Marco qal dan waqt żjara li għamel fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Victoria, Għawdex; fejn il-Kunsill Lokali qed jagħmel proġett ta’ pavimentar ġdid u li se jwassal sabiex din il-pjazza storika tingħalaq għat-traffiku. |
| L-Onor. de Marco | sostna li huwa importanti li nsibu modi ġodda ta’ kif inġeddu l-prodott turistiku tagħna u l-ħidma tal-Kunsilli Lokali f’dan il-qasam hija waħda kruċjali. |
| Huwa faħħar | lill-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria għal mod kif fehem li meta qed jagħlaq il-pjazza għat-traffiku, qiegħed iroddha lura lill-poplu sabiex igawdiha f’ambjent riġenerat u li jirrispetta d-dimensjoni storika tal-post. |
| Dr de Marco | kkonkluda billi reġa rrefera għall-fatt li l-industrija tat-turiżmu se tkun qed tiffaċċja sfidi diffiċli minħabba l-problemi finanzjarji internazzjonali u minħabba t-theddida ta’ reċessjoni li hemm fi swieq turistiċi kruċjali għal Malta. |
| Huwa għalhekk li | jeħtieġ ħidma sfieqa bil-kontribut ta’ kulħadd sabiex naraw kif indawru dawn l-isfidi f’opportunitajiet. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en