Left arrow Go Back

“NagĦtu lura ċ-ċentri tal-lokalitajiet tagĦna lill-poplu” – Dr Mario de Marco

PR1646
Date Icon 31/10/2008
“Huwa tajjebli aktar u aktar Kunsilli jifhmu li meta jippromwovu żoni ċentrali fil-lokalità tagħhom sabiex jingħalqu għat-traffiku jkunu qed jagħtu lura ċ-ċentru storiku tagħhom sabiex igawduh in-nies. Fl-istess ħin inkunu qed intejbu l-prodott turistiku ta’ pajjiżna.”
Is-SegretarjuParlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor. Mario de Marco qal dan waqt żjara li għamel fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Victoria, Għawdex; fejn il-Kunsill Lokali qed jagħmel proġett ta’ pavimentar ġdid u li se jwassal sabiex din il-pjazza storika tingħalaq għat-traffiku.
L-Onor. de Marcosostna li huwa importanti li nsibu modi ġodda ta’ kif inġeddu l-prodott turistiku tagħna u l-ħidma tal-Kunsilli Lokali f’dan il-qasam hija waħda kruċjali.
Huwa faħħarlill-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria għal mod kif fehem li meta qed jagħlaq il-pjazza għat-traffiku, qiegħed iroddha lura lill-poplu sabiex igawdiha f’ambjent riġenerat u li jirrispetta d-dimensjoni storika tal-post.
Dr de Marcokkonkluda billi reġa rrefera għall-fatt li l-industrija tat-turiżmu se tkun qed tiffaċċja sfidi diffiċli minħabba l-problemi finanzjarji internazzjonali u minħabba t-theddida ta’ reċessjoni li hemm fi swieq turistiċi kruċjali għal Malta.
Huwa għalhekk lijeħtieġ ħidma sfieqa bil-kontribut ta’ kulħadd sabiex naraw kif indawru dawn l-isfidi f’opportunitajiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow