L-Oppożizzjoni Laburista tibqa’ ankrata mal-passat f’politika li ma tagħmilx ĠieĦ lill-pajjiŻ
PR1645
31/10/2008
| F’dan il-mument meta pajjiżna | għandu bżonn ikun preparat biex ikompli jirbaħ l-isfidi għal ġejjieni, l-Oppożizzjoni Laburista tkompli tipprova tħawwad l-imħuħ billi tħaddan politika partiġġjana u rħisa minflok li tassew tfittex l-interessi ta’ pajjiżna b’mod serju u kostruttiv. |
| Il-Prim Ministru jibqa’ | determinat li jagħti lill-pajjiż dak kollu li hu neċessarju biex il-poplu tagħna jibqa jirnexxi. Din il-politika tat u tkompli tagħti riżultati għal pajjiżna kif juru l-aħħar ċifri li ġew pubblikati dwar iż-żieda fil-ħolqien tax-xogħol f’pajjiżna. |
| Dan kollu ma kienx ikun | possibbli kieku pajjiżna semgħa mill-pariri konsistentement żbaljati, li l-Oppożizzjoni Laburista għadha tinsisti fuqhom sal-lum. Li kien għal Oppożizzjoni Laburista, |
· Malta llum mhix fl-Unjoni Ewropea,
· Malta m’għamlitx ir-riformi li kellha bżonn,
· Malta żvalutat il-lira, u
· Malta ma daħlitx fiż-żona tal-Ewro.
U issa l-Partit Laburista qiegħed jagħti parir biex pajjiżna jaħrab mill-problemi u biex kulħadd jipposponi d-deċizjonijiet li għandna bżonn nieħdu flimkien, minflok li niffaċċjaw ir-realta’ b’kuraġġ kif dejjem għamilna.
| Il-Prim Ministru m’huwiex lest li jilgħab din | il-logħba ta’ daħk fil-wiċċ. Dan ġie spjegat bl-aktar mod ċar lill-Korpi Kostitwiti li talbu laqgħa mal-Prim Ministru, liema laqgħa nżammet nhar it-Tnejn li għaddew f’Kastilja, ftit wara li ntemmet il-laqgħa tal-Kabinet. |
| Għal din il-laqgħa, attendew | Stefano Mallia, Martin Galea, Helga Ellul, Tancred Tabone, Kevin Decesare, Winston Zahra u Joe Farrugia. Għan-naħa tal-Gvern attendew il-Prim Ministru, l-Ministru Tonio Fenech u l-Ministru Austin Gatt. |
| Fl-aħħar ta’ din il-laqgħa | intlaħaq qbil illi l-Gvern jirrevedi l-proposti tiegħu b’mod li l-impatt fuq l-industriji l-kbar jittaffa u jitnaqqas bl-iskop primarju li jiġu protetti l-postijiet tax-xogħol. Fl-istess laqgħa ntalaħaq qbil li r-reviżjoni tat-tariffi tidħol fis-seħħ b’effett mill-1 ta’ Ottubru u dan fil-kuntest tad-deċizjoni li ħa l-Prim Ministru illi parti sostanzjali minn dan it-tibdil jiġi assorbit mill-Gvern. |
| Dakinnhar, intalaħaq qbil | ukoll li l-għada t-Tlieta, l-Ministri Fenech u Gatt jagħmlu konferenza stampa li matulha jħabbru l-pożizzjoni finali. |
| Dan kollu juri illi l-Gvern | baqa’ miftuħ għal konsultazzjoni sa’ l-aħħar mument u baqa’ jiltaqa’ ma’ kull min talab laqgħa miegħu. Juri wkoll li l-laqgħat ma jsirux bl-iskop ta’ propaganda rħisa, izda jsiru biex tinstab l-aħjar triq fiċ-ċirkostanzi li pajjiżna għaddej minnhom bħalissa. |
| Juri wkoll li l-impenn | soċjali tal-Gvern huwa konsiderazzjoni ewlenija għaliex f’dan il-proċess, il-Gvern ħaseb biex l-ewwel u qabel kollox jipproteġi l-impiegi iżda ħaseb ukoll għal dawk il-familji fil-bżonn billi ħabbar li se jestendi l-iskema ta’ għajnuna għall-enerġija ntiża għall-familji fil-bżonn u li tkopri kważi waħda minn kull seba’ familji (djar) f’pajjiżna. |
| Nhar it-Tnejn, | 8 ta’ Settembru, 2008, il-Kap tal-Oppożizzjoni kiteb fil-ġurnal The Times li: “Labour is currently working on a set of proposals for new water and electricity tariffs…we aim at being positive and be pro-active even when it comes to utility bills.” Minkejja li għaddew aktar minn seba’ ġimgħat, l-Oppożizzjoni Laburista baqgħet ma ħarġet bl-ebda proposta. |
| Dan kollu juri wkoll li l-Oppożizzjoni | hi mhedija fl-artificjalita’ minflok li tagħti sehemha kif jixraq, b’mod kostruttiv għal ġid ta’ pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en