Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli jżur MISRAĦ il-Ħelsien fejn qed jinbena villaġġ taż-żgħażagħ għal matul il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ

PR1643
Date Icon 31/10/2008
“Aktar minn 350 żgħażugħ użagħżugħa, se jkunu ikkontribwew biex min-nhar il-Ħadd li ġej sal-Ħadd ta’ wara, il-Belt Valletta, tinbidel f’villaġġ żgħażugħ mimli b’attivitajiet li mistennija jinvolvu lil kull min iżur il-belt Kapitali matul din il-ġimgħa.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor.  Clyde Puli, meta kien qed iżur ix-xogħlijiet li qed isiru biex jinbena l-villaġġ li se jkun qiegħed jilqa’ fih iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ.
Clyde Puli qal li min-nharil-Ħadd li ġej mill-għaxra ta’ fil-għodu ‘l quddiem, se jibdew sensiela ta’ attivitajiet li se jesponu lis-soċjetà  it-talent żagħżugħ. Huwa irringrazzja lil dawk kollha li qed jagħtu sehemhom biex din l-attività tirnexxi. Fost l-oħrajn huwa semma l-‘European Union Programmes Agency’ (EUPA), l-‘Maltese Association of Youthworkers’, kif ukoll il-Kunsill Malti għall-Isport. Hu qal li permezz ta’ dawn l-entitajiet kollha, b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għaż-Żgħażagħ u Sport u numru kbir ta’ għaqdiet ta’ żgħażagħ, kien possibli li jittella’ programm mimli u nteressanti.
Hu semma kif matul ġimgħasħiha se jkun hemm aktar minn 26 diskussjoni, 58 attività sportiva, 25 siegħa ta’ mużika. Dan kollu se jsir bil-parteċipazzjoni ta’ madwar 65 għaqda (madwar 40 assoċjazzjoni sportiva, 25 għaqda li taħdem maż-żgħażagħ).
Is-Segretaru Parlamentari qalli din l-attività se tkun qed tlaqqa’ bosta għaqdiet minn setturi varji tas-soċjetà. Hu qal li se jkun hemm parteċipanti żgħażagħ li ġejjin mid-dinja tax-xogħol, studenti, għaqdiet reliġjużi, kulturali, artistiċi, sportivi, kif ukoll każini tal-baned li se jkunu qed jagħmlu wirjiet dwar il-festa tradizzjonali. L-element komuni fost dawn il-parteċipanti huwa dak żagħżugħ.
Clyde Puli semma wkoll kif din l-attività setkun qed tfakkar ukoll tradizzjonijiet Maltin. Fi Pjazza l-Assedju l-Kbir kif ukoll f’parti minn Triq il-Merkanti ser isir armar minn żewġ għaqdiet li se jkunu qed ifakkru dawn it-tradizzjonijiet. Is-Segretarju Parlamentari min-naħa tiegħu ħeġġeġ lil kulħadd biex matul din il-ġimgħa jipparteċipaw fl-attivitajiet kollha li se jkunu qed jagħtu ħajja żagħżugħa lill- Belt Valletta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow