Left arrow Mur Lura

PUBBLIKAT ID-DOKUMENT TA’ KONSULTAZZJONI GĦAR-RIFORMA FIS-SERVIZZI TAT-TRASPORT MHUX SKEDAT

PR1641
Date Icon 31/10/2008
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni, l-Onor.  Austin Gatt nieda għad-diskussjoni pubblika, t-tielet u l-aħħar dokument ta’ viżjoni għal trasport pubbliku li jaqdi lill-pubbliku f’kuntest ta’ sostenibbilita’ ambjentali. Id-dokument hu dwar is-servizzi tat-trasport mhux skedat.
F’konferenza ta’ l-aħbarijiet, il-MinistruAustin Gatt waqt li fisser kif is-settur tat-trasport imsejjaħ unscheduled  huwa wiesgħa; mill-karozzi tal-kiri sal-coaches tat-turisti, dawn jinkludu strutturi ekonomiċi differenti  u konflinġenti u parti minn dan is-servizz tmexxa bi protezzjoni qawwija.
Hużied li din il-politika ma wasslet la għal servizz aħjar u lanqas għal flotot nodfa mill-emissjonijiet.  Il-Ministru Gatt tenna li waqt li fl-oqsma fejn hemm il-liberalizzazzjoni bħall-vannijiet il-bojod, il-vetturi self-drive u oħrajn misjuqa minn xufier; il-kwalita’ tal-vetturi marret għall-aħjar u tjieb is-servizz lill-klijent, fl-oqsma magħluqa seħħ bil-kontra bħal fejn jirrigwarda l-vannijiet il-ħomor fejn anki fil-bidu ta’ din is-sena, rajna operat kif jaħdem kartell billi ntalbu prezzijiet ogħla u l-istess ġara għat-trasport lejn l-iskejjel.
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni rrimarka wkoll il-kwistjonijiet marbuta mal-kwalita’ u l-effiċjenza fis-servizz, is-sigurta’ tal-passiġġieri u l-etika fis-servizz, li dawn kollha jirriżultaw minn taħditiet ma’ diversi partijiet interessati fis-settur.
Il-Ministru Austin Gatt qal li l-iskop tal-Gvernhu li f’dan is-settur tat-trasport naraw ukoll li ssir qabża fil-kwalita’, u li bħala parti mir-riforma fit-trasport pubbliku għandha twassal biex jonqsu l-vjaġġi bil-karozzi privati.
Għaldaqstant il-Gvern qiegħed itenni li bħalaparti mir-riforma li trid issir, hemm bżonn li jittieħdu azzjonijiet ewlenin billi:
(1)jiġu riorganizzati l-liġijiet u l-politika. Dan billi titneħħa d-distinzjoni bejn it-tipi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi. L-unika liċenzja meħtieġa biex wieħed jopera vetturi għat-trasport mhux skedat li jġorr iktar minn tmien passiġġieri, se tkun il-Liċenzja ta’ Operatur ta’ l-UE (skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE kif emendata sussegwentament).
(2)jiġi liberalizzat l-aċċess għas-settur tat-trasport mhux skedat. Dan jiżgura kwalita’ ogħla ta’ servizzi u prezzijiet orħos, permezz tal-kompetizzjoni.
(3)ikun projbit l-operazzjoni ta’ vetturi skedati fis-servizzi tat-trasport mhux skedat.  Dan ifisser li x-xarabanks assenjati biex joperaw fis-servizz skedat mhux se jitħallew joperaw fis-swieq mhux skedati.
(4)jidderegola l-operazzjoni tax-xarbanks mikxufa biex jintużaw f’servizzi ta’ trasport speċjalizzati għan-nies tal-post u għat-turisti
(5)jidderegola l-operazzjoni tat-taxis bl-elettriku billi jiġu stabbiliti servizzi madwar Malta u Għawdex.
(6)jiżdied l-użu tal-ferroviji bla binarji f’żoni meqjusa xierqa mil-lat ta’ dħul kif ukoll mill-aspett tat-traffiku. L-ADT se tissokta tirregola dan is-settur bil-ħruġ ta’ sejħiet.
(7)titjib l-assigurazzjoni tal-kwalita b’regolamentazzjoni u linji gwida xierqa. L-ADT se tissaħħaħ biex tkopri l-infurzar tar-regolamenti kollha għall-ivvjaġġar bla periklu tal-passiġġieri bis-servizzi mhux skedati.
(8)jitfasslu linji gwida fuq ir-regolamentazzjoni tal-ġarr tat-tfal tal-iskola għas-sewwieqa u l-operaturi li jixtiequ jaħdmu f’dan is-suq.
Il-Ministru Austin Gatt temm billi ddikjara lir-rispons li kien hemm għall-ewwel żewġ dokumenti ta’ konsultazzjoni li ġew ippubblikati aktar kmieni, tant kien qawwi li qed jinkoraġġih aktar fil-ħidma li qed issir biex titwettaq riforma radikali fit-trasport pubbliku.
Għaldaqstant hu stieden ukoll lil dawk kollhakonċernati u l-pubbliku inġenerali biex sa l-aħħar ta’ Novembru jagħtu r-reazzjonijiet, il-kummenti u l-proposti tagħhom, din id-darba fuq is-servizzi tat-trasport  mhux skedat.

.../pr1641.pdf

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow