Left arrow Mur Lura

AZZJONIJIET TA’ INFURZAR FL-INĦAWI TAL-VICTORIA LINES F’TARĠA GAP LIMITI TAL-MOSTA

PR1638
Date Icon 31/10/2008
Uffiċjali tad-DiviżjoniProprjetà tal-Gvern (GPD) flimkien ma’ membri tal-korp tal-Pulizija mill-għassa tal-Mosta, nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ottubru għamlu eżerċizzju ta’ infurzar fl-inħawi tal-Victoria Lines f’Tarġa Gap, limiti tal-Mosta, wara li waħħlu ittri ta’ avviż ma’ strutturi erbgħat ijiem qabel.  Dawn l-istrutturi kienu qed jintużaw minn individwi bla titlu.
Waqt l-azzjoni ta’ infurzar instab li tlittimħazen u żewġt ikmamar oħra kienu qegħdin jintużaw illegalment biex jinħażnu numru ta’ oġġetti fosthom, 22 vettura, magna ta’ truck, żewg biċċiet tal-baħar u għadd ta’ għamara.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ. 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet l-Onor Jason Azzopardi ifaħħar il-ħidma sfieqa tal-enforcement officers tal-GPD, li qed jaqdu dmirhom b’mod eżemplari.  Huwa qal illi dawn il-ħaddiema huma eżempju għas-settur pubbliku, u li jilqgħu l-isfidi offruti lilhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow