AZZJONIJIET TA’ INFURZAR FL-INĦAWI TAL-VICTORIA LINES F’TARĠA GAP LIMITI TAL-MOSTA
PR1638
31/10/2008
| Uffiċjali tad-Diviżjoni | Proprjetà tal-Gvern (GPD) flimkien ma’ membri tal-korp tal-Pulizija mill-għassa tal-Mosta, nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ottubru għamlu eżerċizzju ta’ infurzar fl-inħawi tal-Victoria Lines f’Tarġa Gap, limiti tal-Mosta, wara li waħħlu ittri ta’ avviż ma’ strutturi erbgħat ijiem qabel. Dawn l-istrutturi kienu qed jintużaw minn individwi bla titlu. |
| Waqt l-azzjoni ta’ infurzar instab li tlitt | imħazen u żewġt ikmamar oħra kienu qegħdin jintużaw illegalment biex jinħażnu numru ta’ oġġetti fosthom, 22 vettura, magna ta’ truck, żewg biċċiet tal-baħar u għadd ta’ għamara. |
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet l-Onor Jason Azzopardi ifaħħar il-ħidma sfieqa tal-enforcement officers tal-GPD, li qed jaqdu dmirhom b’mod eżemplari. Huwa qal illi dawn il-ħaddiema huma eżempju għas-settur pubbliku, u li jilqgħu l-isfidi offruti lilhom.
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en