WIRJA TA’ DOKUMENTI DWAR ‘IL-FORTIFIKAZZJONIJIET KOSTALI F’GĦAWDEX’
PR1634
31/10/2008
| Wirja ta’ | dokumenti storiċi kif ukoll ritratti dwar il-fortifikazzjonijiet kostali ta’ Għawdex, li jinsabu fl-Arkivju Nazzjonali ta’ Għawdex, ġiet inawgurata bħala parti mill-attivitajiet organizzati matul il-Ġimgħa għall-Għarfien dwar l-Arkivji, fl-istess binja ta’ l-arkivju f’Għawdex. |
| Il-wirja ġiet inawgurata mis-Sur Anthony Borg, | Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru għal Għawdex, li wassal ukoll messaġġ għan-nom tal-Ministru. Fil-messaġġ tagħha l-Onor. Giovanna Debono qalet li attivita’ ta’ din in-natura sservi biex tkabbar l-għarfien dwar dokumenti tal-lum li għad jiffurmaw il-bażi ta’ l-istorja, filwaqt li persuni li għandhom dokumenti ta’ interess storiku jiġu mħajra biex jippreservawhom għal ġenerazzjonijiet tal-futur. F’isem il-Ministru għal Għawdex, is-sur Borg ippreżenta wkoll numru ta’ pjanti ta’ binjiet storiċi u ta’ valur arkitettoniku magħmula mill-impjegati tad-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. |
| Fl-istess okkażjoni tkellem ukoll is-Sur Charles | Farrugia, l-Arkivist Nazzjonali li ta ħarsa lejn il-ħidma ta’ l-Arkivji Nazzjonali f’Malta u Għawdex. Huwa ppreżenta żewġ dokumenti oriġinali relatati mal-ħidma tal-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex. |
| L-Assistent Arkivista Nazzjonali, Mons. Joseph | Bezzina tkellem dwar is-sinifikat tal-wirja u dwar l-importanza li, d-dokumenti esibiti tal-fortifikazzjonijiet kostali f’Għawdex, għandhom għall-istorja. |
| Għall-okkażjoni ġie ppubblikat katalogu | b’informazzjoni dettaljata dwar id-dokumenti u ritratti esibiti, li ġie sponsorjat mill-HSBC. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en