Left arrow Go Back

INIZJATTIVA ĠDIDA BIEX TGĦIN LILL-EWWEL XERREJJA JIXTRU R-RESIDENZA TAGĦHOM

PR1633
Date Icon 30/10/2008
Il-Ministru għall-Politika Soċjali, flimkienmaċ-Chairman tal-Awtorità tad-Djar, is-Sur Charles Borg, ħabbru l-ftuħ ta’ inizjattiva ġdida biex tgħin lill-ewwel xerrejja jixtru r-residenza tagħhom.
Fid-diskors tiegħu waqt il-konferenzatal-aħbarijiet, il-Ministru Dalli rrimarka li “Fl-14 ta’ Frar 2007, l-Awtorita’ tad-Djar ħarġet skema biex tgħin lil koppji għarajjes jew familji bit-tfal li jixtiequ jixtru l-ewwel residenza tagħhom mis-settur privat.  Din l-iskema kienet suċċess u n-numru ta’ applikanti li kienet qed tiproġetta intlaħaq.
L-Awtorita’ wara li analizzat l-andament ta’din  l-iskema, qiedgħa tniedi skema oħra li għandha l-istess oġġettivi, pero li tkun aktar sostenibbli u li tassikura li jkun hemm integrazzjoni aħjar ma skemi oħra eżistenti u li huma ppjanati.
Taħt l-iskema tal-Equity Sharing, l-Awtorita’tad-Djar kienet qed tobbliga l-benefiċċjarji li wara għaxar snin jixtru lura l-investiment li tkun għamlet l-Awtorita’ tad-Djar fix-xiri ta’ residenza tagħhom sabiex ikunu s-sidien tal-proprjeta’ tagħhom.
Taħt l-iskema l-ġdid l-Awtoritàser tkun qed tħallas għotja  ta’ massimu ta’ 30% tal-pagamenti mensili tas-self li l-applikant ikun ħa minn istituzzjoni finanzjarja. Din l-għotja ser tingħata lill-benefiċjarji għal perjodu ta’ għaxar snin.  Wara dan il-perjodu l-Awtorita’ mhux ser titlob lill-benefiċjarji jirrifondu lura l-għotja gawduta.
Għalhekk ta’ min jinnota li fejn fl-ewwel skemal-għajnuna mogħtija mill-Awtorita’ tad-Djar kienet biss self filwaqt li din l-iskema l-ġdida l-għajnuna qed tieħu l-forma ta’ għotja.
Fil-kumment tiegħu dwar din l-inizjattival-ġdida li ser tniedi l-Awtorità tad-Djar, is-Sur Borg qal li “din l-inizjattiva hija mmirata sabiex tgħin lill-ewwel xerrejja fix-xiri tar-residenza tagħhom mis-settur privat. Permezz ta’ din l-għotja l-Awtorita’ ser tkun qed tgħin lill-benefiċjaji fil-pagamenti sabiex b’hekk tgħinhom biex ikunu sidien ta’ darhom”.
Din l-iskema ser tkun miftuħa għall-applikantimiżżewġin, koppji għarajjes, ġenitur wieħed,  persuni b’diżabilita’, persuna separata jew de facto separata, persuna waħedha kif ukoll persuni li għexu f’xi istituzzjoni jew djar tat-tfal jew kienu fostered.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow