Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GEORGE PULLICINO JŻUR IX-XOGĦLIJIET FI’TRIQ IT-TORRI F’ TAS-SLIEMA

PR1631
Date Icon 30/10/2008
Dalgħodu l-Ministrugħar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar ix-xogħlijiet li qegħdin isiru bħalissa fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema.
L-ewwel fażi ta’ danil-proġett kienet tikkonsisti mit-tqegħid mill-ġdid tas-servizzi. Dawn is-servizzi qegħdin issa jgħaddu kollha minn taħt il-bankini biex b’hekk it-traffiku ma jkunx affettwat f’każ ta’ xi tiswijiet fil-futur. Il-Ministru Pullicino qal ix-xogħlijiet mexjin skond il-programm, u issa li t-triq reġgħet infethet għat-traffiku, ingħata bidu għat-tieni fażi fejn diġà beda l-pavimentar ta’ madwar 360m tul ta’ bankini, pavimentar taż-żewġ sqaqien li jmissu ma Triq it-Torri, u twaħħil ta’ bollards mat-truf tal-bankini.
Il-Ministru Pullicinorringrazzja lil kulħadd tal-kollaborazzjoni b’mod speċjali lill-ADT ta’ l-għajnuna tagħhom fl-immaniġġjar tat-traffiku, lill-ħaddiema mit-taqsima tax-xogħlijiet li ħadmu fuq dan il-proġett 7 t’ijiem fil-ġimgħa u dan sabiex jiġi mminimizzat l-inkonvenjent li seta’ jinħoloq sakemm ikun qed isir ix-xogħol, u lis-sidien tal-ħwienet tal-kollaborazzjoni tagħhom, għax huma wkoll emmnu li dan il-proġett huwa importanti u bżonnjuż mhux biss għal-komunità ta’ Tas-Sliema, iżda wkoll għall-Maltin u t-turisti li jiffrekwentaw din iż-żona kummerċjali.
Il-Ministru Pullicino ħabbarli fix-xhur li ġejjin se jinbdew aktar xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbieħ f’tas-Sliema, fosthom it-tkomplija ta’ bankini f’żoni kummerċjali. Il-Ministru Pullicino saħaq li l-pjan tal-Gvern hu li terġa’ tingħata l-ħajja u d-dehra kif jixraq lil Pjazza Sant’Anna, dan sabiex jintrodd lura lill-poplu misraħ bi spazju miftuħ. F’din il-pjazza se jkun hemm wkoll replika ta’ l-istatwa li kien hemm qabel f’din il-pjazza u li llum tinsab fil-pjazza tal-Balluta. Dawn ix-xogħlijiet mistennija li jibdew f’Jannar li ġej.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow