MALTA TISTENNA LIR-REBBIEĦ TA’ KOMPETIZZJONI MNEDIJA MILL-AWTORITÀ TAT-TURIŻMU MALTIJA FI SPANJA
PR1630
30/10/2008
Nhar it-Tlieta, 28 ta’ Ottubru 2008, l-Ambaxxatur Gaetan Naudi ppreżenta lir-rebbieħ tal-kompetizzjoni mnedija mill-Awtorità tat-Turiżmu Maltija fi Spanja bejn nofs Ġunju sa nofs Settembru, bil-premju ta’ vakanza f’Malta għal tnejn minn nies. Il-kompetizzjoni kienet miftuħa għal kull min żar il-padiljun ta’ Malta matul il-Fiera Internazzjonali EXPO 2008 f’Żaragoża. Madwar 4,000 ruħ ħadu sehem billi wieġbu għal xi mistoqsijiet dwar Malta permezz tas-sit fuq l-Internet: www.visitmalta.com/expo2008.
| Ir-rebbieħ tal-premju, is-Sur José Alberto | Burgués minn Madrid, stqarr li qatt ma kien qara fuq Malta qabel, izda kien daħal sew fl-ispirtu tal-istorja tal-pajjiż – il-linja tiegħu hija l-arkitettura – wara li kien żar il-padiljun Malti ġewwa Żaragoża. Huwa se jagħmel użu minnufih tal-premju, u kkummenta li se jqis il-mawra tiegħu f’Malta flimkien mal-mara tiegħu bħala t-tieni qamar-il għasel tagħhom. |
| L-Ambaxxatur Naudi, filwaqt li offra s-servizzi | tal-Ambaxxata ġewwa Madrid għal xi ħtiġijiet li jistgħu jiġu bżonn il-koppja Burgués kemm waqt li jkunu Malta, kif ukoll wara li jirritornaw fi Spanja, tenna li pajjiżna joffri opportunitajiet ta’ fejda għal bosta oqsma tas-socjetà, minn żgħażagħ sa anzjani, minn dilettanti tal-istorja għal dawk li jipprattikaw l-isport, minn min jixtieq jitgħallem l-Ingliż sa min iħobb jiekol ikel bnin u sustanzjuż. Huwa ħeġġeġ lis-Sur Burgués sabiex, wara li jiġu lura mill-vakanza tagħhom f’Malta, jirrakkontaw lill-oħrajn dwar l-esperjenzi tagħhom ġewwa pajjiżna: l-aktar mod effikaċi ta’ riklamar ġewwa Spanja huwa propju li tmexxi l-kelma permezz tal-boca a boca (minn ħalq għall-ieħor). |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en