Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI DWAR L-AZZJONIJIET TAL-MUMN FL’ ISPTARIJIET

PR1627
Date Icon 29/10/2008
Il-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN)għal darb’oħra reġgħet għażlet li tikkaguna tbatija lill-Poplu Malti u b’mod partikulari lill-pazjenti kollha fl-isptarijiet kollha ta’ Malta w Għawdex għal raġunijiet frivoli u bla sens.
Il-mexxejja tal-MUMN donnhom ma fehmux id-differenzabejn il-Gvern u r-regolatur, u li f’demokrazija dawn għandhom ikunu separati minn xulxin.  Qed jagħmlu din l-azzjoni biex jagħmlu pressjoni ħalli jinbidlu l-istandards tal-korsijiet tan-nurses u l-midwives organizzati mill-Universita’.  Din hi materja li trid tiġi deċiża mill-Universita’ fil-kuntest tal-awtonomija tagħha u ma jkunx etiku min-naħa tal-Gvern jipprova jimponi fuqha.  Bħalma ma mhux etiku li jsiru dawn l-azzjonijiet biex jintimidawha.
L-MUMN mhix korretta li tgħid li l-Gvern majridx jagħmel manpowerplan fuq medda ta’ ħames snin, anzi bil-maqlub.  Il-Gvern irid ikun jaf xi ħtiġijiet ser ikollu bżonn għall-futur sabiex ikun jista’ jippjana minn issa għal li ġej.  Imma dan il-manpower plan li qed jagħmel il-Gvern ma jkoprix biss numri imma jkopri wkoll prattiċi ta’ xogħol kif ukoll analizi tax-xogħol li qed isir minn kull kategorija ta’ ħaddiema u jekk dan ix-xogħol għandux isir minnhom jew minn oħrajn.  Per eżempju il-gvern hu impenjat li jara li servizzi li jistgħu jingħataw fl-isptarijiet minn livelli ta’ impjegati oħra dan isir u b’hekk in-nurses ikunu imserha minn xogħol sekondarju.
L-MUMN lanqas m’hi korretta meta tgħid lil-Gvern mhux qed jimplimenta l-ftehim kollettiv.  Il-Ministru stqarr sa mill-ewwel laqgħat li kellu mal-Union li hu kien ser jonora l-ftehim kollha li saru magħhom. Il-Union taf bil-laqgħat li saru f’dawn l-aħħar ftit xhur u bil-progress li sar.  Jekk għad hemm xi ħaġa li għadha ma seħħitx mhux għaliex il-Ministeru b’xi mod kaxkar saqajh jew oġġezzjona li ssir.  Il-Union taf li l-burokrazzija li qiegħda tirreferi għaliha hi mhi xejn għajr il-kwadru legali li fil-preżent jeżisti fil-pajjiż li jirregola mhux biss l-impieg tan-nurses imma tal-ħaddiema kollha tal-gvern.  Il-każ tan-nurses ma jistax jiġi kkunsidrat waħdu imma flimkien ma’ ta’ oħrajn.
Dwar l-ingaġġ ta’ impjegati oħra kemm parttimers kif ukoll full timers, il-Ministeru għamel dak kollu li jippermettu iċ-ċirkustanzi u r-riżorsi fil-preżent.  Il-Ministeru ser ikompli jirsisti sabiex jara li jkun hemm ingaġġ ta’ ħaddiema fejn l-aktar li hemm ħtieġa għalihom fl-oqsma kollha tas-settur tas-saħħa.  Imma l-prijorita’ jagħmilhom il-Ministeru b’konsultazjoni mal-Union skond l-esiġenzi tal-aħjar servizz lill-pazjent u m’għandhomx jiġu mposti mill-Union skond l-esiġenzi tagħha.
L-Interess tal-Ministeru hu li minn bandal-ħaddiema f’dan is-settur ikunu jistgħu jaħdmu f’kundizjonijet xierqa, imma fuq kollox irid jassigura li s-servizz lill-pazjenti kollha jkun l-aħjar li jista’ jingħata. Din hi xi ħaġa li ma tidhirx li tinteressa lill-Union għaliex kieku ma kinitix tagħti d-direttivi li tat għaliex filwaqt li mhu ser tirranga xejn minn dak li hu allegat li hu nuqqas, ħadd mhu ser ibati ħlief il-pazjent.  Għalhekk l-appell hu li n-nurses/midwives jonoraw l-obbligi professjonali tagħhom u jżommu l-pazjent fl-ewwel post. Dawn l-azzjonijiet mhu ser iservu għall-ebda soluzzjoni imma sempliċiment ser ikunu ta’ kagun ta’ tbatija bla ħtiega.
Meta ffaċċjat b’azzjonijiet irresponsabbli bħaldawn, il-Ministeru qed jagħmilha wkoll ċara li fil-pajjiż ma nistgħux nibqgħu ghaddejjin bil-parodija li l-Unions jordnaw lill-membri tagħhom jagħmlu nofs xoghol u mbaghad jippretendu paga sħiħa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow