IL-MINISTRU AUSTIN GATT JINAWGURA L-AKBAR SISTEMA FOTOVOLTAJKA MILL-PRIVAT
PR1624
29/10/2008
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni Austin Gatt qal li li t-tibdil li sar fuq it-tariffi tal-elettriku hu bbażat fuq prinċipju wieħed: li tħallas għal dak li tikkonsma. Għaldqstant, għall-Gvern hu soċjalment aktar ġust, li l-ħlas għaż-żejt li nimportaw isir permezz tal-mekkaniżmu tat-tariffi aktar milli bit-taxxi. B’hekk il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jissussidja aktar lil min verament hu fil-bżonn, milli kif kien isir qabel fejn jingħataw sussidji kemm lil min għandu bżonn kif ukoll lil min m’għandux. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal dan meta llum | inawgura uffiċjalment investiment mill-kumpanija Titan International li tikkonsisti fl-installazzjoni ta’ sistema ta’ 126 pannella ta’ 210W kull waħda fuq il-bejt minn fejn topera din il-kumpanija fl-Imsida. |
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni stqarr li investiment bħal dan kif qed tagħmel il-kumpanija Titan International hu eżempju biex il-Gvern ikompli jinċentiva u joħroġ b’inizjattivi ħalli kumpaniji privati u djar residenzjali jinvestu f’sorsi alternattivi ta’ l-enerġija. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li meta wieħed jara | l-installazzjoni ta’ sistema bħal din, nirrealizzaw kemm sistema ppjanata li tkopri kwantita ta’ enerġija, bħal f’żoni fejn il-Gvern għandu kontroll bħal skejjel u żoni industrijali, jista’ jkollha qawwa effettiva billi tagħti lura elettriku fil-grid nazzjonali. |
| Hu qal ukoll li l-fatt li l-Korporazzjoni | Enemalta qed tħallas lura bl-istess prezz li hi tbiegħ l-enerġija elettrika lill-konsumatur, qed jagħmilha aktar attraenti li sistemi alternattivi ta’ enerġija jibdew jintużaw aktar. |
| Il-Ministru Austin Gatt stqarr ukoll li biex | fil-futur ikollna stil ta’ ħajja f’ambjent aħjar irridu nħallsu għal dan, mingħajr ma jiġu esklużi l-investiment u aktar inċentivi li jridu jingħataw. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en