Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI ŻŻUR TMIEN SKEJJEL FIL-KULLEĠĠ SANTA MARGERITA

PR1620
Date Icon 29/10/2008
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura,Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina dalgħodu nediet inizjattiva “Il-Ministru Fostkom” li fiha żaret tmien skejjel li jagħmlu parti mill-Kulleġġ Santa Margerita u ltaqgħet ma’ studenti, għalliema, amministraturi tal-iskejjel u rappreżentanti tal-ġenituri.
Fl-iskola Primarja tal-Isla, il-Ministruattendiet għal-laqgħa li jagħmlu t-tfal fil-bidu tal-ġurnata skolastika tagħhom u wara tkellmet mal-għalliema u ma’ xi ġenituri li kienu preżenti fl-iskola.
Minn hemmhekk, akkumpanjata mis-Sur SandroSpiteri, Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita, il-Ministru żaret l-iskola primarja ta’ Bormla.  Hemmhekk hi ppresidiet l-ewwel laqgħa ta’ Grupp li twaqqaf apposta li għandu jfassal pjan dwar kif jistgħu jingħelbu l-problemi li din l-iskola qed tiffaċċja, partikolarment fid-dawl tar-riżultati miksuba minn studenti tal-iskola.
Il-grupp hu mmexxi mill-Prinċipal tal-Kulleġġ ufih hemm rappreżentati l-amministraturi tal-iskola, l-għalliema, is-Sindku tal-lokal, l-organizazzjonijiet Appoġġ u Sedqa, u d-Direttorat Ġenerali tal-Edukazzjoni.   Il-Grupp, sal-aħħar ta’ din is-sena, għandu jippreżenta rapport lill-Ministru dwar passi li għandhom jittieħdu biex is-sitwazzjoni tkun rimedjata.  Min-naħa tagħha l-Ministru Cristina wiegħdet l-appoġġ kollu tal-Ministeru f’dak kollu li hemm bżonn li jsir għall-ġid tat-tfal ta’ din il-lokalità u rringrazzjat lil dawk kollha, partikolarment l-għalliema, li huma impenjati f’ħidma ma’ dawn l-isudenti.
Il-Ministru żaret l-istudenti fil-klassijiettagħhom u saħansitra ħarġet titkellem u tilgħab magħhom fil-grawnd ta’ quddiem l-iskola fil-ħin tal-waqfien mill-iskola.
Fl-iskola Primarja Santu Rokku tal-Birgu,il-Ministru tal-Edukazzjoni ltaqgħet mal-għalliema u t-tfal kemm dawk tal-kindergarten, kif ukoll dawk fid-diversi klassijiet tal-primarja.
Waqfa oħra saret fl-iskola Sekondarjatal-Fortini fejn kienet qed issir laqgħa ta’ rappreżentanti tal-ġenituri mid-diversi skejjel li jaqgħu taħt dan il-Kulleġġ, f’dak li hu msejjah il-“Parent Leaders Forum”.  Il-Ministru Cristina faħħret din l-inizjattiva u ħeġġet lill-ġenituri biex jagħtu l-kontribut tagħhom biex l-iskejjel ikompli jimxu ‘l quddiem u appellatilhom biex jieħdu interess fl-edukazzjoni ta’ uliedhom.
Fil-Kalkara l-Ministru żaret diversi klassijietu tkellmet ma’ tfal u għalliema u mbagħad rat il-post fejn it-tfal żgħar tal-iskola jieħdu r-rikreazzjoni tagħhom liema post għadu kif kien imsebbaħ u attrezzat b’logħob għat-tfal.
L-Iskola Sekondarja tal-Bniet Erin SerracinoInglott ta’ Bormla, kienet waħda mill-iskejjel li żaret il-Ministru Cristina dalgħodu.  Hemmhekk hi tkellmet mal-għalliema u l-amministraturi tal-iskola u inkoraġġithom biex jissuktaw fil-ħidma siewja li qed jagħmlu għall-ġid tal-istudenti.
L-Iskola Primarja tax-Xgħajra, għalkemm żgħirafin-nurmu ta’ tfal li jmorru fiha, hi fost l-isbaħ skejjel li hawn f’Malta.  Hemmhekk il-Ministru tkellmet ma’ tfal u għalliema kif ukoll ma’ xi ġenituri li kienu qed jistennew lil uliedhom joħorġu mill-iskola.
L-aħħar żjara tal-Ministru saret fl-iskolaPrimarja ta’ Ħaż-Żabbar li hi skola li tilaqa’ fiha l-akbar kindergarten ta’ Malta billi għandha għaxar klassijiet tal-kindergarten, apparti li hi wkoll waħda mill-akbar skejjel primarji.  Din iż-żjara kienet ippjanata li ssir lejn tmiem il-ġurnata tal-iskola biex wara li tiltaqa’ mal-għalliema, il-Ministru tal-Edukazzjoni jkollha wkoll opportunità li tiltaqa’ b’mod informali ma’ ġenituri li jmorru jiġbru ‘l uliedhom mill-iskola.
Fil-fatt, fi tmiem iż-żjara fl-iskola,il-Ministru ħarġet fit-triq u tkellmet b’mod informali ma’ għadd ta’ ġenituri li urew l-apprezzament tagħhom għall-fatt li l-Ministru sabet ħin biex iżżur l-iskola ta’ uliedhom u anke titkellem magħhom.
Hu ppjanat li l-Ministru Cristina tkompli b’dawniż-żjarat fil-Kulleġġi fix-xhur li ġejjin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow