ATTIVITAJIET MATUL TMIEM IL-ĠIMGĦA FIL-BELT VICTORIA
PR1619
29/10/2008
| Bejn il-Ħamis 30 | ta’ Ottubru u l-Ħadd 2 ta’ Novembru, il-Kunsill Lokali tal-belt Victoria f’Għawdex ser ikun qed jikkoordina numru ta’ attivitajiet kulturali. Dawn l-attivitajiet, minbarra li jżewqu l-kalendarju kulturali fil-gżira ta’ Għawdex, għandhom ukoll l-għan li joħolqu attrazzjonijiet miżjuda biex aktar Maltin jitħajru jaqsmu lejn Għawdex fi tmiem il-ġimgħa. Dan l-avveniment ġie mniedi waqt konferenza għall-istampa li saret ġewwa l-Ministeru għal Għawdex fil-preżenza tal-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono, is-Sindku tar-Rabat, Robert Tabone, u rappreżentanti taż-żewġ soċjetajiet filarmoniċi ewlenin tal-belt Victoria. |
| Is-Sur Robert | Tabone spjega kif il-Kunsill ikkoordina dan il-programm billi ġew inklużi attivitajiet li kienu maħsuba, waqt li żdiedu oħrajn ġodda. L-attivitajiet jibdew nhar il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru b’okkażjoni reġjonali tal-European Youth Week, imtella’ mill-EUPA flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Lokali tar-Rabat. Attività oħra ser tittella’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt b’avveniment li fih ser jipparteċipaw 150 persuna minn madwar l-Ewropa li ser jagħmlu rappreżentazzjoni ta’ ġrajja li seħħet f’Għawdex fl-1798. Din ir-rappreżentazzjoni ser tkun qed tiġi maħduma fl-inħawi taċ-Ċittadella bejn is-6.00 p.m. tal-Ġimgħa sa nofsinhar tas-Sibt. Is-Sibt filgħaxija d-dilettanti tal-mużika ser ikunu jistgħu jattendu għall-kunċert mużikali ġewwa t-teatru Astra, u li ser ikollu fost l-oħrajn il-parteċipazzjoni tal-kantant taljan Amedeo Minghi. Il-kunċert annwali tal-Banda Ċittadina Leone li ser jittella ġewwa t-teatru Aurora, ser iġib fi tmiemhom l-attivitajiet ta’ dawn il-jiem. |
| Il-Ministru għal | Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, faħħret din l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex filwaqt li faħħret ukoll il-ħidma mwettqa miż-żewġ soċjetajiet filarmoniċi matul is-sena kollha. Il-Ministru Debono ferħet lir-rappreżentanti tas-soċjetaijiet Aurora u Astra, wara s-suċċess miksub mir-rappreżentazzjonijet ta’ żewġ opri liriċi li huma tellgħu dan l-aħħar. Għawdex huwa mżejjen b’tant għaqdiet u soċjetajiet li bil-ħidma volontarja tal-membri tagħhom jirnexxielhom jagħmlu ġieħ mhux biss lill-għaqdiet rispettivi tagħhom iżda wkoll lill-gżira ta’ Għawdex. Il-Ministru Giovanna Debono saħqet li r-riżultati miksuba mis-suq turistiku Għawdxi, speċjalment iż-żieda inkoraġġanti mis-suq domestiku, hija wkoll dovuta għall-kollaborazzjoni li l-Ministeru għal Għawdex irċieva minn għadd ta’ Kunsilli Lokali u għaqdiet oħra, fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet bl-għan li jattiraw aktar Maltin jaqsmu lejn Għawdex matul ix-xhur anqas popolari tas-sena. Hija tenniet li l-attivitajiet li qed jiġu koordinati ġewwa l-belt Victoria sejrin ukoll jikkontribwixxu f’dan ir-rigward. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en