Left arrow Go Back

ATTIVITAJIET MATUL TMIEM IL-ĠIMGĦA FIL-BELT VICTORIA

PR1619
Date Icon 29/10/2008
Bejn il-Ħamis 30ta’ Ottubru u l-Ħadd 2 ta’ Novembru, il-Kunsill Lokali tal-belt Victoria f’Għawdex ser ikun qed jikkoordina numru ta’ attivitajiet kulturali. Dawn l-attivitajiet, minbarra li jżewqu l-kalendarju kulturali fil-gżira ta’ Għawdex, għandhom ukoll l-għan li joħolqu attrazzjonijiet miżjuda biex aktar Maltin jitħajru jaqsmu lejn Għawdex fi tmiem il-ġimgħa. Dan l-avveniment ġie mniedi waqt konferenza għall-istampa li saret ġewwa l-Ministeru għal Għawdex fil-preżenza tal-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono, is-Sindku tar-Rabat, Robert Tabone, u rappreżentanti  taż-żewġ soċjetajiet filarmoniċi ewlenin tal-belt Victoria.
Is-Sur RobertTabone spjega kif il-Kunsill ikkoordina dan il-programm billi ġew inklużi attivitajiet li kienu maħsuba, waqt li żdiedu oħrajn ġodda. L-attivitajiet jibdew nhar il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru b’okkażjoni reġjonali tal-European Youth Week, imtella’ mill-EUPA flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Lokali tar-Rabat. Attività oħra ser tittella’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt b’avveniment li fih ser jipparteċipaw 150 persuna minn madwar l-Ewropa li ser jagħmlu rappreżentazzjoni ta’ ġrajja li seħħet f’Għawdex fl-1798. Din ir-rappreżentazzjoni ser tkun qed tiġi maħduma fl-inħawi taċ-Ċittadella bejn is-6.00 p.m. tal-Ġimgħa sa nofsinhar tas-Sibt. Is-Sibt filgħaxija d-dilettanti tal-mużika ser ikunu jistgħu jattendu għall-kunċert mużikali ġewwa t-teatru Astra, u li ser ikollu fost l-oħrajn il-parteċipazzjoni tal-kantant taljan Amedeo Minghi. Il-kunċert annwali tal-Banda Ċittadina Leone li ser jittella ġewwa t-teatru Aurora, ser iġib fi tmiemhom l-attivitajiet ta’ dawn il-jiem.
Il-Ministru għalGħawdex, l-Onor. Giovanna Debono, faħħret din l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex filwaqt li faħħret ukoll il-ħidma mwettqa miż-żewġ soċjetajiet filarmoniċi matul is-sena kollha. Il-Ministru Debono ferħet lir-rappreżentanti tas-soċjetaijiet Aurora u Astra, wara s-suċċess miksub mir-rappreżentazzjonijet ta’ żewġ opri liriċi li huma tellgħu dan l-aħħar. Għawdex huwa mżejjen b’tant għaqdiet u soċjetajiet li bil-ħidma volontarja tal-membri tagħhom jirnexxielhom jagħmlu ġieħ mhux biss lill-għaqdiet rispettivi tagħhom iżda wkoll lill-gżira ta’ Għawdex. Il-Ministru Giovanna Debono saħqet li r-riżultati miksuba mis-suq turistiku Għawdxi, speċjalment iż-żieda inkoraġġanti mis-suq domestiku, hija wkoll dovuta għall-kollaborazzjoni li l-Ministeru għal Għawdex irċieva minn għadd ta’ Kunsilli Lokali u għaqdiet oħra, fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet bl-għan li jattiraw aktar Maltin jaqsmu lejn Għawdex matul ix-xhur anqas popolari tas-sena. Hija tenniet li l-attivitajiet li qed jiġu koordinati ġewwa l-belt Victoria sejrin ukoll jikkontribwixxu f’dan ir-rigward.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow