AKTAR MINN MILJUN EWRO MILL-ISTRINA 2007 LILL-GĦAQDIET
PR1617
29/10/2008
| Il-President ta’ Malta, | akkumpanjat mis-Sinjura Fenech Adami, fil-Palazz il-Belt ippresieda ċ-ċerimonja tat-tqassim ta’ €1,164,000 li nġabru waqt il-programm l-Istrina 2007. |
| L-Istrina bħal snin oħra, | ġiet organizzata mill-PBS Ltd. bl-għajnuna u bil-kooperazzjoni ta’ diversi organizzazzjonijiet, għaqdiet u individwi. |
| Bħas-snin ta’ qabel, nofs | is-somma msemmija ngħatat lill-Malta Community Chest Fund u n-nofs l-ieħor ngħata lill-għaqdiet li kienu applikaw għall-għajnuna wara sejħa mill-PBS. Dawn l-għaxar għaqdiet kienu identifikati minn Bord indipendenti mmexxi mill-Maġistrat Jacqueline Padovani Grima: |
§ Arka Respite Centre
§ Augustine Sisters Servants of Jesus and Mary
§ Ejjew Għandi
§ Dar Saura
§ Eden Foundation
§ Fondazzjoni Suret il-Bniedem
§ Għaqda Persuni Neqsin mis-Smiegħ
§ Gozo CCU Monitors Foundation
§ Puttinu Cares
§ YMCA Homeless Shelter
| Wara li ċ-Chairperson tal-PBS | Dott. Clare Thake Vassallo, qassmet l-għotjiet, irringrazzjat lil kulħadd b’mod speċjali lill-ħaddiema tal-PBS, lill-volontarji u lil Bank of Valletta tal-kampanja li jagħmlu bil-ġbir fil-Piggy Banks mill-iskejjel, u lil dawk kollha li kienu ġenerużi flimkien mal-poplu Malti u Għawdxi. Preżenti kien hemm ukoll is-Sur Andrew Psaila u s-Sur Edmund Tabone, Assistent taċ-Chairperson u Manager Corporate Services tal-PBS rispettivament. |
| Il-President qal li l-Istrina | hi solidarjetà fil-prattika mill-Poplu Malti, valur fil-karattru tal-Maltin u Għawdxin li dejjem lesti jgħinu lil dawk fil-bżonn. |
| Il-President wera l-apprezzament | tiegħu lejn l-organizzaturi u l-volontiera, il-GO, Melita plc, id-Ditti ta’ awdituri u lill-istazzjonijiet tat-Televixin li ħadmu sabiex l-Istrina tkun is-sostenn prinċipali sabiex il-Malta Community Chest Fund tgħin lil tant pazjenti u qraba fis-siegħa tal-bżonn u sabiex għaqdiet ikomplu jieqfu ma` dawk li l-aktar għandhom bżonn għajnuna saħansitra fil-bżonnijiet bażiċi fil-ħajja ta’ kuljum. |
| Il-President Fenech Adami | għamel appell biex fl-Istrina 2008 li se ssir nhar is-Sibt 27 ta’ Diċembru 2008, il-Maltin u l-Għawdxin jerġgħu jkunu ġenerużi u jagħtu s-sapport sħiħ fil-ġbir ta’ fondi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en