Left arrow Go Back

AKTAR MINN MILJUN EWRO MILL-ISTRINA 2007 LILL-GĦAQDIET

PR1617
Date Icon 29/10/2008
Il-President ta’ Malta,akkumpanjat mis-Sinjura Fenech Adami, fil-Palazz il-Belt ippresieda ċ-ċerimonja tat-tqassim ta’ €1,164,000 li nġabru waqt il-programm l-Istrina 2007.
L-Istrina bħal snin oħra,ġiet organizzata mill-PBS Ltd. bl-għajnuna u bil-kooperazzjoni ta’ diversi organizzazzjonijiet, għaqdiet u individwi.
Bħas-snin ta’ qabel, nofsis-somma msemmija ngħatat lill-Malta Community Chest Fund u n-nofs l-ieħor ngħata lill-għaqdiet li kienu applikaw għall-għajnuna wara sejħa mill-PBS.  Dawn l-għaxar għaqdiet kienu identifikati minn Bord indipendenti mmexxi mill-Maġistrat Jacqueline Padovani Grima:

§        Arka Respite Centre

§        Augustine Sisters Servants of Jesus and Mary

§        Ejjew Għandi

§        Dar Saura

§        Eden Foundation

§        Fondazzjoni Suret il-Bniedem

§        Għaqda Persuni Neqsin mis-Smiegħ

§        Gozo CCU Monitors Foundation

§        Puttinu Cares

§        YMCA Homeless Shelter 

Wara li ċ-Chairperson tal-PBSDott. Clare Thake Vassallo, qassmet l-għotjiet,   irringrazzjat lil kulħadd b’mod speċjali lill-ħaddiema tal-PBS, lill-volontarji u lil Bank of Valletta tal-kampanja li jagħmlu bil-ġbir fil-Piggy Banks mill-iskejjel, u lil dawk kollha li  kienu ġenerużi flimkien mal-poplu Malti u Għawdxi.  Preżenti kien hemm ukoll is-Sur Andrew Psaila u s-Sur Edmund Tabone, Assistent taċ-Chairperson u Manager Corporate Services tal-PBS rispettivament.
Il-President qal li l-Istrinahi solidarjetà fil-prattika mill-Poplu Malti, valur fil-karattru tal-Maltin u Għawdxin li dejjem lesti jgħinu lil dawk fil-bżonn.
Il-President wera l-apprezzamenttiegħu lejn l-organizzaturi u l-volontiera, il-GO, Melita plc, id-Ditti ta’ awdituri u lill-istazzjonijiet tat-Televixin li ħadmu sabiex l-Istrina tkun is-sostenn prinċipali sabiex il-Malta Community Chest Fund tgħin lil tant pazjenti u qraba fis-siegħa tal-bżonn u sabiex għaqdiet ikomplu jieqfu ma` dawk li l-aktar għandhom bżonn għajnuna saħansitra fil-bżonnijiet bażiċi fil-ħajja ta’ kuljum.
Il-President Fenech Adamigħamel appell biex fl-Istrina 2008 li se ssir nhar is-Sibt 27 ta’ Diċembru 2008, il-Maltin u l-Għawdxin jerġgħu jkunu ġenerużi u jagħtu s-sapport sħiħ fil-ġbir ta’ fondi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow