PREŻENZA QAWWIJA MALTIJA F’KONFERENZA DWAR L-ISKEJJEL TAL-LINGWI FI NEW SOUTH WALES
PR1611
29/10/2008
| Il-‘Federation of NSW | Community Languages’ riċentement organizzat konferenza li għaliha kienu mistednin in-nies kollha li huma involuti fit-tagħlim tal-lingwi differenti ġewwa NSW. Din il-konferenza, li hija l-ewwel waħda li qatt ġiet organizzata f’dan il-qasam, kienet milqugħa ferm tajjeb għax għaliha attendew madwar 200 persuna. Il-konferenza seħħet nhar is-Sibt 11 t’Ottubru ġewwa l-iskola ‘Epping Boys High School’ ġewwa Sydney. Il-lingwa Maltija tista’ tgħid li kienet waħda mill-aktar rapreżżentati fost il-lingwi kollha peress li kien hemm disa’ Maltin fost il-parteċipanti li kollha huma involuti fit-tagħlim tal-Malti fi New South Wales. |
| Il-parteċipanti ġew milqugħa | mill-President tal-‘Federation of NSW Community Languages’ Mr Albert Vella, li kif jixhed ukoll il-kunjom tiegħu huwa wkoll ta’ dixxendenza Maltija. Wara l-konferenza ġiet miftuħa uffiċjalment mill-Ministru tal-Edukazzjoni fi New South Wales. L-Onor. Verity Firth MP tkellmet dwar l-irwol importanti ta’ dawn l-iskejjel kif ukoll l-impenn tal-gvern ta’ New South Wales lejn it-tagħlim tal-lingwi. Il-Ministru insistiet li t-telfa tal-ilsien ta’ art twelidek ifisser ukoll telfa ta’ parti mill-identità tiegħek. |
| Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni | fil-Parlament ta’ NSW, is-Sur Barry O’Farrell qabel mal-kliem tal-Ministru Firth dwar l-importanza ta’ dawn l-iskejjel u offra l-appoġġ tal-Oppożizzjoni u tiegħu personali sabiex it-tagħlim tal-lingwi jibqa’ parti importanti mill-Kurrikulum fi New South Wales. |
| Wara d-diskorsi tal-ftuħ, | il-parteċipanti ħadu sehem f’diversi ‘workshops’ li fost oħrajn kienu jinkludu modi kif l-iskejjel jistgħu jibbenefikaw minn għotjiet tal- ‘Community Languages Program’ fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, ideat prattiċi għal tagħlim fil-klassijiet kif ukoll modi kif l-iskejjel jistgħu jtejbu r-relazzjonijiet tagħhom mal-komunità, ma’ skejjel oħra u mal-ġenituri. |
| Fi ħdan l-isforzi kontinwi | tagħha sabiex tinkoraġġixxi t-tagħlim tal-Malti u l-preservazzjoni tal-lingwa Maltija fl-Awstralja, il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Awstralja ħallset għall-parteċipazzjoni tal-għalliema Maltin f’din il-konferenza. Il-Konslu Ġenerali għal Malta fi NSW, Annamaria Bonnici kienet ukoll preżenti għal din il-konferenza. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en