Left arrow Mur Lura

KONFERENZA INTERNAZZJONALI FUQ L-AVIAN FLU & PANDEMIC INFLUENZA

PR1610
Date Icon 29/10/2008
Is-SegretarjuParlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità Mario Galea rrappreżenta lil Malta fis-sitt Konferenza Internazzjonali Ministerjali fuq l-Avian Pandemic Influenza li saret bejn l-24 u s-26 ta’ Ottubru 2008. Din il-Konferenza kienet organizzata mill-Gvern Eġizzjan b’kollaborazzjoni ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali.
Fl-intervent tiegħu l-Onor. Mario Galea tkellemdwar il-ħtieġa li minbarra li kull pajjiż ikun ippreparat, hemm bżonn ta’ koperazzjoni reġjonali biex kull pajjiż ikun jaf x’inhu jiġri fil-pajjiżi ġirien tiegħu. Hu tkellem dwar il-ħtieġa ta’ koperazzjoni u koordinazzjoni fost il-pajjiżi tal-Mediterran fl-isforzi tagħhom biex iħejju għall-influwenza pandemika. Mario Galea qal li “Mhux biżżejjed li kull pajjiż fil-Mediterran iħejji ruħu tajjeb għall-evantwalità ta’ din il-pandemija.  Hu daqstant ieħor importanti li bħala pajjiżi fil-Mediterran, nikkoperaw bejnietna mhux biss biex naqsmu l-informazzjoni ta’ x’qed nagħmlu u fejn wasalna individwalment bħala pajjiżi, imma biex naraw x’nistgħu u x’suppost qed nagħmlu flimkien bħala reġjun”.  Mario Galea temm jgħid li din il-koperazzjoni trid tibda mil-lum għax għada jista’ jkun tard wisq.
L-Onor. Mario Galea kien akkumpanjat mit-tabibDenis Vella Baldacchino, Direttur tas-Servizzi Primarja.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow