KONFERENZA INTERNAZZJONALI FUQ L-AVIAN FLU & PANDEMIC INFLUENZA
PR1610
29/10/2008
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità Mario Galea rrappreżenta lil Malta fis-sitt Konferenza Internazzjonali Ministerjali fuq l-Avian Pandemic Influenza li saret bejn l-24 u s-26 ta’ Ottubru 2008. Din il-Konferenza kienet organizzata mill-Gvern Eġizzjan b’kollaborazzjoni ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali. |
| Fl-intervent tiegħu l-Onor. Mario Galea tkellem | dwar il-ħtieġa li minbarra li kull pajjiż ikun ippreparat, hemm bżonn ta’ koperazzjoni reġjonali biex kull pajjiż ikun jaf x’inhu jiġri fil-pajjiżi ġirien tiegħu. Hu tkellem dwar il-ħtieġa ta’ koperazzjoni u koordinazzjoni fost il-pajjiżi tal-Mediterran fl-isforzi tagħhom biex iħejju għall-influwenza pandemika. Mario Galea qal li “Mhux biżżejjed li kull pajjiż fil-Mediterran iħejji ruħu tajjeb għall-evantwalità ta’ din il-pandemija. Hu daqstant ieħor importanti li bħala pajjiżi fil-Mediterran, nikkoperaw bejnietna mhux biss biex naqsmu l-informazzjoni ta’ x’qed nagħmlu u fejn wasalna individwalment bħala pajjiżi, imma biex naraw x’nistgħu u x’suppost qed nagħmlu flimkien bħala reġjun”. Mario Galea temm jgħid li din il-koperazzjoni trid tibda mil-lum għax għada jista’ jkun tard wisq. |
| L-Onor. Mario Galea kien akkumpanjat mit-tabib | Denis Vella Baldacchino, Direttur tas-Servizzi Primarja. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en