ANZJANI MALTIN IL-PROTAGONISTI TAL-KAMPANJA ‘NEĦDUK GĦAWDEX’
| Il-prodott | turistiku Għawdxi ser ikollu mezz ieħor li bih ikun jista’ jattira aktar viżitaturi matul il-ġranet tal-ġimgħa, hekk kif ix-xhur li ġejjin jirrappreżentaw sfida partikolari għal din l-industrija f’Għawdex. Il-Kampanja ‘Neħduk Għawdex’, li ġiet mnedija waqt attività ġewwa ‘Dar il-Madonna Tal-Mellieħa’, hija speċifikament indirizzata biex tipromwovi lil Għawdex fost għaqdiet u gruppi ta’ l-anzjani matul ix-xhur anqas popolari tas-sena. ‘Neħduk Għawdex’ huwa pakkett turistiku speċjali mfassal biex jakkomoda l-esiġenzi u l-gosti ta’ gruppi ta’ anzjani li jagħżlu li jqattgħu btala qasira f’Għawdex fl-ewwel erbat’ijiem tal-ġimgħa. Din il-kampanja ġiet imfassla biex testendi n-numru ta’ ljieli li jkunu reġistrati fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex, speċjalment matul ix-xhur tax-Xitwa. B’dan il-mod, is-suq turistiku Għawdxi ikun jista’ jkompli jilqa’ għall-isfida ta’ l-istaġjonalita’. |
| Il-pakkett | ‘Neħduk Għawdex’ ser ikun possibbli permezz ta’ ftehim li sar bejn sidien ta’ stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex u membri ta’ l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex. L-uffiċċju ta’ din l-assoċjazzjoni f’Għawdex ser ikun qed jagħti aktar informazzjoni u jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex b’hekk jiffaċilità konsiderevolment ix-xogħol għall-organizzaturi Maltin. Din l-inizjattiva sabet appoġġ mill-Ministeru għal Għawdex, is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni kif ukoll is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità. L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex flimkien mat-tliet Segretarji Parlamentari rispettivi, l-Onor. Mario de Marco, l-Onor. Chris Said u l-Onor. Mario Galea, taw aktar dettalji waqt it-tnedija ta’ din il-kampanja, li saret aktar kmieni dalgħodu. |
| L-Onor Giovanna | Debono, spjegat kif is-settur turistiku huwa element fundamentali għall-iżvilupp soċjo ekonomiku sostenibbli tal-gżira ta’ Għawdex. Il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar snin kienet indirizzata b’mod effikaċi biex tgħin lil dan is-settur jilqa’ għall-isfidi partikolari li jħabbat wiċċu magħhom. Dan għamlu billi żamm kuntatt u kollaborazzjoni sħiħa ma’ l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex, li wkoll kienet twaqqfet fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex aktar minn għaxar snin ilu. Iż-żieda fin-numru ta’ Maltin, li bdew jagħżlu lil Għawdex bħala destinazzjoni biex iqattgħu btajjel qosra matul tmiem il-ġimgħa, kienet dovuta għan-numru ta’ inizjattivi li ġew meħuda minn bosta entitajiet flimkien mal-Gvern, fi sforz kollettiv li llum ta riżultat pożittiv. Il-Kampanja ‘Neħduk Għawdex’ għandha potenzjal qawwi biex tkompli testendi n-numru ta’ dawk li jżuru Għawdex matul il-ġimġħa, u għalhekk ser tkun effettiva biex jiżdiedu l-figuri relatati man-numru ta’ ljieli li turisti Maltin iqattgħu ġewwa stabbilimenti turistiċi Għawdxin. Il-Ministru awgurat li din il-kampanja tkompli mas-suċċessi miksuba minn inizjattivi oħra bħall-iskemi tal-Gozo Channel, il-pubblikazzjoni Let’s Gozo, it-twaqqif ta’ billboards li jirreklamaw lil Għawdex f’postijiet strateġiċi f’Malta kif ukoll bosta attivitajiet organizzati permezz tal-Gozo Attractions Incentive Scheme. |
| F’kelmtejn, is-Segretarju | Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Dr Mario de Marco sostna li din l-iskema hija eżempju ċar ta’ kif nitrattaw ‘l Għawdex bħala destinazzjoni turistika għaliha. Huwa rrefera għall-fatt li din l-inizjattiva se timmassimizza r-riżorsi eżistenti – kemm tas-sodod fil-lukandi fi żmien relattivament kwiet u kif ukoll ta’ attrazzjonijiet turistiċi u r-restoranti. Dr de Marco tkellem ukoll dwar it-turiżmu domestiku li huwa wieħed ferm importanti għal kull pajjjiż. Fuq livell internazzjonali, l-industrija turistika tqis dak domestiku bħala turiżmu ftit aktar importanti minn dak internazzjonali. Fl-Ewropa, madwar 60% tal-overnight stays huwa dovut għat-turiżmu intern. Huwa rrefera wkoll għall-fatt li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, in-numru ta’ passiġġieri lejn Għawdex żdied b’aktar minn erbgħa fil-mija – jew aktar minn 130,000 – fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra; in-numru ta’ vetturi li nġarrew mill-Gozo Channel żdied ukoll b’ħamsa fil-mija u żdiedu l-vjaġġi bi kważi tnejn fil-mija. “Dan kollu jfisser li fi ftit anqas minn 10 snin, in-numru ta’ passiġġieri bejn Malta u Għawdex żdied bi kważi miljun f’sena (1999: 2,957,303 ; 2007: 3,795,121 ; 2008: Jan-Sep 3,138,605). Dan kollu għandu jġiegħlna naħsbu dwar l-importanza strateġika tat-turiżmu intern, anke għal pajjiż żgħir bħal Malta. It-turiżmu intern huwa wieħed kruċjali għal reġjun bħal Għawdex u skemi bħal dawn qed jippermettu lill-Maltin jesperjenzaw lil Għawdex b’mod differenti... forsi aktar kwiet imma b’valur kbir,” temm jgħid Dr de Marco. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qal li din l-inizjattiva qed tittieħed sabiex tagħti l-opportunita` lill-Kunsilli Lokali Maltin u l-Assoċċjazzjonijiet tal-Pensjonanti u Anzjani li jorganizzaw btajjel għall-anzjani f’Għawdex u fl-istess ħin minnha jgawdi s-settur tat-turiżmu f’Għawdex. Huwa fisser li ntgħażlu l-ġranet mit-Tnejn sal-Ħamis għaliex dawn huma ġranet relattivament kwieti fix-xhur tax-xitwa. Chris Said fisser il-ħidma li saret mill-Gozo Tourisim Association u l-Malta Tourism Authority biex flimkien ħarġu b’pakkett verament attraenti għall-anzjani. Dan il-pakkett jinkludi btala ta’ erbat ijiem f’Għawdex b’ kollox inkluż. Huwa ħeġġeġ lill-Kunsilliera preżenti responsabbli mill-qasam tal-anzjani fil-lokalitajiet tagħhom sabiex issa joffru din l-opportunita` lill-anzjani billi jorganizzaw gruppi u jeħduhom għal break ta’ erbat ijiem f’Għawdex. L-Onor. Chris Said irringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu biex din l-inizjattiva qed tiġi varata fi ftit żmien minn meta nibtet l-ideja. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura | fil-Komunità Mario Galea qal li huwa fatt li l-anzjani llum qed jgħixu aktar. Il-medja ta’ l-età hija ta’ 77 sena għall-irġiel u 82 sena għan-nisa. Huwa kompla jgħid li sas-sena 2015 in-numru ta’ nies li jkollhom 65 sena jew aktar se jkun ta’ 77,000 u sas-sena 2050 dan se jitlà għal 100,000 elf ruħ. L-isfida tagħna hi l-anzjani għandhom jgħixu u mhux jeżistu. Għalhekk l-iskema bħal ‘Neħduk Għawdex’ hija inizjattiva tajba. L-Onor. Galea semma l-għadd kbir ta’ anzjani li għadhom attivi fis-soċjetà, li jgħinu b’mod volontarju fil-parroċċi, fil-kunsilli lokali u f’ħafna għaqdiet oħra. Imma fuq kollox, l-anzjani huma wkoll konsumaturi u qed jagħtu kontribut dirett lill-ekonomija tal-pajjiż. Huwa għalaq billi qal li b’din l-iskema ta’ ‘Neħduk Għawdex’ minbarra li l-anzjani tagħna se jmorru jieħdu gost, ikunu qed jagħtu kontribut dirett għall-ekonomija ta’ Għawdex. |
Il-programm ta’ attivitajiet li ser jiġu organizzati fi ħdan il-kampanja ‘Neħduk Għawdex’ jinkludu żjarat f’postijiet ta’ interess kulturali, storiku, folkloristiku u reliġjuż f’Għawdex. Fost l-attrazzjonijiet prinċipali hemm is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, it-tempji tal-Ġgantija u ċ-Ċentru tas-Snajja’ f’Ta’ Dbieġi. Il-gruppi ser ikunu akkumpanjati minn group leader filwaqt li l-għażla ta’ akkomodazzjoni offruta tinkludi guesthouses u lukandi ta’ 3, 4, jew 5 stilel. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex fuq in-numru tat-telefon 2756 5171 jew bl-indirizz elettroniku gtagozo@onvol.net.
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en