Left arrow Go Back

Kopja ta’ pubBlikazzjoni ġdida preżentata lill-Ministru għal Għawdex

PR1608
Date Icon 28/10/2008
Il-Professur Paul Cooper u Dr Carmel Cefai,ippreżentaw kopja tal-pubblikazzjoni riċenti tar-rapport tagħhom lill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono. Dan ir-rapport jippreżenta r-riżultati miksuba minn studju li sar fuq bażi nazzjonali u li kien jittratta dwar diffikultajiet soċjali, emozjonali u ta’ mġieba fl-iskejjel primarji u sekondarji madwar Malta u Għawdex.
L-istudju,  Engagement Time: A national studyon social, emotional and behaviour difficulties in Maltese schools, tmexxa mill-Universita’ ta’ Malta u l-Universita’ ta’ Leicester u jinkludi tagħrif miksub minn fost studenti li jattendu l-Gozo College. L-iskejjel sekondarji f’Għawdex, b’mod partikolari l-Kumpless tal-Liċeo Ninu Cremona, għenu f’dan l-istudju billi ddiriġew uħud mill-mezzi li ntużaw għal dan l-istudju.
Waqt din il-laqgħa l-Ministru għal Għawdex qaletli l-edukazzjoni minn dejjem kienet u se tibqa’ waħda mill-aktar oqsma importanti għal Gvern għax hija pedament ewlieni fl-iżvilupp tal-persuna u għandha twassal biex tkabbar l-opportunitajiet u tisfrutta l-potenzjal tar-riżorsi umani ta’ pajjiżna għal benefiċċji ta’ l-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetà tagħna.
Hija saħqet li fit-tfassil u l-implimentazzjonita’ dak li jesiġi l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, jiġi kkunsidrat ukoll il-fatt li l-ħiliet ta’ l-istudenti jvarjaw b’mod li minn xi daqqiet huwa anqas evidenti. Il-Ministru Debono qalet li huwa għalhekk meħtieġ li jsiru studji u rakkomandazzjonijiet kontinwi biex b’hekk is-sistema edukattiva tkun verament waħda inklussiva biex ħadd ma jibqa’ lura.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukollil-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex Chev. Frank Gatt u l-Kap tal-Kumpless tal-Liċeo Ninu Cremona Dr Francis Abela.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow