Left arrow Mur Lura

AVVIŻ KONTRA ABBUŻ MINN PROPRJETA’ PUBBLIKA

PR1604
Date Icon 28/10/2008
Matul il-jum tat-Tlieta uffiċjali tad-DiviżjoniProprjeta’ tal-Gvern (GPD) waħħlu ittri ta’ avviż ma’ strutturi li skond informazzjoni li għandha il-GPD, qegħdin jintużaw illegalment u mingħajr titolu mingħand il-Kummissarju tal-Artijiet.
Persuni li jużaw dawn l-istrutturi li jinsabukollha fid-Dwejra limiti tal-Imġarr Malta, fil-Victoria Lines, qed jiġu servuti b’avviż ta’ ġimgħa sabiex jiżgumbraw il-post.  Jekk dan ma jseħħx, il-GPD ser tieħu azzjonijiet ta’ infurzar fil-konfront tagħhom.
Dan l-infurzar isegwi serje ta’ azzjonijiet ta’infurzar li seħħew fl-aħħar xhur, bħala parti mill-kampanja li nediet il-GPD, biex tagħti lura lill-pubbliku dak li huwa tiegħu bi dritt.
Azzjonijiet bħal dawn diġa’ seħħew f’Baħariċ-Ċagħaq, fil-barracks ta’ Għajn Tuffieħa, fil-Palazz l-Aħmar, fil-Marfa, kif ukoll fil-kantina tal-Kamrata fil-Belt Valletta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow