IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT L-ONOR. CLYDE PULI JILQÀ GĦANDU LILL-PARTEĊIPANTI TAL-LOGĦOB TAL-COMMONWEALTH TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
PR1602
28/10/2008
| Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u | Sport, Clyde Puli laqa’ għandu lill-kontinġent Malti li rrapreżenta lil pajjiżna fil-logħob tal-Commonwealth għaż-żgħażagħ li sar f’Pune, fl-Indja. Huwa ferħilhom personalment għar-riżultati miksuba u ħa l-opportunità jitkellem magħhom dwar l-esperjenza li ħadu. |
| F’din l-edizzjoni ħadu sehem 71 pajjiż u | Malta klassifikat fid-29 post. Is-Segretarju Parlamentari feraħ lil Ryan Bugeja għar-rebħ tal-ewwel midalja qatt mirbuħa minn pajjiżna f’dan il-logħob. Ryan Bugeja kien rebbieħ tal-midalja tal-fidda fl-isparar. |
| Clyde Puli faħħar ukoll il-prestazzjoni | tat-tiratur Clive Farrugia li spiċċa fir-4 post fil-klassi skeet u lil Derek Bonanno li klassifika fil-5 post fil-klassi Double Trap kif ukoll lil Charlot Chircop li klassifika fid-9 post fil-klassi 10m Air Rifle. |
| Fl-atletika l-atleti Maltin irnexxielhom | jagħmlu ċerti kisbiet wkoll. Fir-relay tan-nisa, Malta klassifikat fis-7 post. It-tim kien kompost minn Martina Xuereb, Francesca Xuereb, Dorianne Micallef u Maria Sciberras. Fir-relay tal-irġiel, inkiser ir-rekord nazzjonali taż-żgħażagħ b’ħin ta’ 43.77 sekondi. Dan it-tim kien magħmul minn Andrew Cassar Torregiani, Andy Grech, Michael Andrew Fraser u Michael Sullivan. |
| Fuq livell personali Martina Xuereb | klassifikat fit-8 post fil-kategorija 400 metru fost 32 parteċipanta, Francesca Xuereb klassifikat għat-tielet heat fl-400 metru, Dorianne Micallef li pparteċipat fil-200 metru kisbet l-aħjar ħin personali. Fis-sezzjoni tal-irġiel Andrew Cassar Torregiani u Andy Grech ħadu sehem fil-long jump fejn fallew il-finali għal ftit ċentimetri. Michael Sullivan ħa sehem fil-110 metri hurdles u klassifika fil-5 post fil-heats filwaqt li Michael Andrew Fraser wasal sas-semi finali. |
| Is-Segretarju Parlamentari stqarr li dawn | ir-riżultati flimkien ma’ ksur ta’ rekords nazzjonali u personali jixhdu l-impenn u t-titjib tal-atleti żgħażagħ tagħna kif ukoll tal-għaqdiet sportivi li minnhom ħarġu l-atleti. Hu faħħar ukoll il-ħidma tal-Kumitat Olimpiku Malti fil-qasam taż-żgħażagħ taħt it-tmexxija tas-Sur Envic Galea. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en