STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI: IL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI MA QARAX ID-DOKUMENTI LI QED JIKKRITIKA
PR1601
27/10/2008
| Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat illum | qiegħed jikkonferma li lanqas biss ħares lejn id-dokumentazzjoni dettaljata li l-Gvern ippreżenta lill-imsieħba soċjali kollha fl-MCESD dwar ir-reviżjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma u li mbagħad il-Gvern ippubblika għall-interess ta’ kulħadd. |
| Dak li qiegħed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni | minn jum għall-ieħor juri nuqqas ta’ serjetà politika minn Joseph Muscat. |
| Il-Gvern diġà ddikjara li l-istimi riveduti dwar | l-ispejjeż marbuta max-xiri taż-żejt tniżżlu b’madwar €50 miljun minħabba li qiegħed jittieħed riskju kalkulat ibbażat fuq ix-xejriet tal-aħħar żmien fil-prezz internazzjonali taż-żejt. |
| Il-Kap tal-Oppożizzjoni jaf aħjar li kieku | kkonsulta mal-preżentazzjoni li għamel pubblika l-Gvern, l-ammont ta’ €60 miljun jinkludi wkoll il-kontribut dirett tal-Gvern għan-nefqa tal-Korporazzjoni Enemalta bħala kumpens għall-obbligazzjonijiet għal servizzi pubbliċi bħas-servizz tal-enerġija elettrika fit-toroq fost servizzi pubbliċi oħra. Ma kien hemm ebda €10 miljun mitlufa fl-informazzjoni tal-Gvern. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en