IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, IĦABBAR IL-PROGRAMM TAL-“ĠIMGĦA EWROPEA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ”
PR1599
27/10/2008
| “Il-Ġimgħa Ewropea | għaż-Żgħażagħ se tkun celebrazzjoni sħiħa tal-enerġija u t-talent żagħżugħ” |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ħabbar id-dettalji tal-programm għall-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ li se tittella’ bejn il-Ħadd 2 ta’ Novembru u l-Ħadd 9 ta’ Novembru. Din ir-raba’ edizzjoni tal-“European Youth Week” se ssir f’31 pajjiż madwar l-Ewropa u qed tiġi ċċelebrata għall-ewwel darba f’pajjiżna. |
| Matul din il-gimgħa ta’ | attivitajiet se jkunu qed jieħdu sehem xejn anqas minn 63 għaqda (23 NGO u 40 Assoċjazzjoni Sportiva), 20 band lokali: li se jkunu qegħdin joffru 26 laqgħa ta’ diskussjoni, 58 attività sportiva, 25 siegħa ta’ mużika, 5 wirjiet artistiċi u 4 biċċiet xogħol tal-palk. |
| L-attivitajiet prinċipali se | jkunu qed iseħħu f’villaġġ li se jkun qed jittella’ apposta għall-okkażjoni fi Pjazza Ħelsien u l-madwar. Fil-fatt Pjazza Ħelsien, se tilqa’ fiha id-diskussjonijiet, l-attività sportiva kif ukoll il-bands. Fis-sit tat-Teatru Rjal, se jkun hemm 23 NGO li se jkunu qed jesebixxu l-ħidma tagħhom. |
| Imbagħad fi Pjazza l-Assedju | l-Kbir, quddiem il-Qorti, se jittellgħu wirjiet miż-żgħażagħ bi tradizzjonijiet Maltin. Fil-bini tal-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea, se jkunu qed jittellgħu wirjiet artistiċi oħra kif ukoll wirja ta’ ‘scale modelling’. Il-Kavallier ta’ San Ġakbu se jkun qed jilqa’ wkoll numru ta’ attivitajiet fosthom laqgħat informattivi dwar fondi tal-Unjoni Ewropea. |
| L-attivitajiet ta’ filgħodu | se jkunu indirizzati lejn iż-żgħażagħ tal-iskejjel Sekondarji, Post Sekondarji u dawk Universitarji. L-attivitajiet ta’ filgħaxija se jkunu qed jikkonċentraw madwar il-palk prinċipali b’mużika minn bands lokali, drama u diskussjonijiet. |
| L-Onor. Clyde Puli ħeġġeġ | liż-żgħażagħ u lill-pubbliku inġenerali biex jipparteċipaw b’mod attiv matul din il-ġimgħa. |
| Il-konferenza tal-aħbarijiet | kienet indirizzata wkoll minn Mauro Pace Parascandalo, il-Koordinatur Nazzjonali għall-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA). Hu ta dettalji dwar il-fondi Ewropej u dwar kif din l-attività se tkun qed issir madwar l-Ewropa kollha bil-qofol jintlaħaq fi Brussell matul l-istess ġimgħa. Tliet żgħażagħ Maltin se jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna matul l-attivitajiet fi Brussell. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en