Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI JATTENDI ATTIVITÀ LETTERARJA

PR1597
Date Icon 27/10/2008
Nhar is-Sibt li għaddas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said attenda attività letterarja organizzata mill-Bord tas-Serje: ‘Għawdex u l-Għawdxin’,  fis-Sala Sant’ Ursola fiċ-Ċittadella f’Għawdex fejn nieda r-rumanz bil-Malti ta’ Kevin A. Xerri bl-isem ta’ ....ikkonfermat: saħħar!.
Dan il-ktieb huwa t-tielet pubblikazzjonitas-Serje ‘Għawdex u l-Għawdxin’ u l-ewwel pubblikazzjoni tal-awtur Għawdxi Kevin A. Xerri.  L-Onor. Chris Said faħħar dan l-ewwel xogħol ta’ Xerri u inkoraġġixxa lill-awtur biex jibqa’ jaħdem sabiex il-pinna tiegħu tkompli tarrikkixxi l-patrimonju ta’ kitba bil-Malti li titratta l-Gżira ta’ Għawdex.  Is-Segretarju Parlamentari faħħar proprju l-fatt li Xerri għażel li jambjenta l-istorja tiegħu fil-Gżira Għawdxija.
Chris Said feraħ ukoll lill-artist Paul Stellinili kien il-moħħ wara l-qoxra tal-ktieb.
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni esprima s-sodisfazzjon tiegħu għax-xogħol li qed jagħmel il-Bord tas-Serje ‘Għawdex u l-Għawdxin’, sabiex ikompli jsaħħaħ l-identità Għawdxija bil-karatteristiċi uniċi tagħha fl-ambitu tal-kuntest nazzjonali u internazzjonali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow