Left arrow Mur Lura

KJARIFIKA TAL-GVERN RIGWARD IL-KONSULTAZZJONI DWAR TARIFFI ĠODDA TAL-ELETTRIKU U L-ILMA

PR1596
Date Icon 27/10/2008
Il-Gvern jirreferi għal rapportif’sezzjoni tal-istampa li riedu juru li kien hemm xi differenza f’dak li qalu l-Ministru Austin Gatt u s-Segretarju Parlamentari Chris Said dwar konsultazzjoni dwar tariffi ġodda tal-elettriku u l-ilma.
Il-Ministru Austin Gatt,f’għeluq l-aħħar laqgħa tal-MCESD dwar dan is-suġġett, informa lill-membri tal-MCESD li dik kienet l-aħħar laqgħa tal-MCESD dwar it-tariffi. Dan ma kienx ifisser, kif kien hemm min irraporta, li l-Gvern kien qed jeskludi li organizzazzjonijiet fl-MCESD jagħmlu aktar sottomissjonijiet lill-Gvern jekk hekk riedu jagħmlu. Tant hu hekk matul il-weekend il-Ministru Gatt kellu diversi skambji ma’ rappreżentanti t’għadqiet li qegħdin fl-MCESD.
Is-Segretarju Parlamentari ChrisSaid qal meta wieġeb mistoqsijiet lill-istampa li dik kienet l-aħħar laqgħa tal-MCESD dwar is-suġġett iżda min xtaq jesprimi l-fehma tiegħu, il-Gvern kien dispost li jismagħha.
Ma jinftehimx għalfejn kien hemmrapporti li kien hemm xi differenza fil-pożizzjonijiet espressi minn Austin Gatt u minn Chris Said. Il-pożizzjoni kif spjegata mit-tnejn hi li l-Gvern iqis tliet laqgħat plenarji tal-MCESD dwar it-tariffi bħala suffiċjenti iżda jekk hemm organizzazzjonijiet li għandhom x’iżidu mal-fehmiet li esprimew, il-Gvern jismagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow