Left arrow Mur Lura

L-ONOR. CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI JIFTAĦ KORS TA’ TAĦRIĠ FUQ IL-FINANZJAMENT TAL-UNJONI EWROPEA

PR1595
Date Icon 27/10/2008
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni Chris Said fetaħ il-kors ta’ taħriġ fuq il-Finanzjament tal-Unjoni Ewropea organizzat mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Temi Zammit u l-Bank of Valletta.
Waqt il-ftuħ tal-kors li ser ikun mifrux fuqerbat ijiem, Chris Said semma l-importanza li Malta tieħu l-massimu tal-benefiċċji mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea f’kull livell tas-soċjetà, u biex dan isir irridu naraw li l-istakeholders kollha bħall-Kunsilli Lokali u l-NGOs jieħdu l-opportunitajiet li jkun hemm għalihom.
Chris Said qal li kien minħabba f’hekk linħolqot unità fi ħdan il-MEUSAC biex tgħin lil dawn l-entitajiet ikunu jafu aktar bl-opportunitajiet li jkun hemm u jiġu megħjuna biex jimlew l-applikazzjonijiet biex jakkwistaw il-fondi.  Għal dan il-għan ukoll il-Gvern se jara li jkun hemm sejħiet għall-proġetti riservati għall-Kunsilli Lokali u se jgħin fl-element ta’ ko-finanzjament.
Is-Segretarju Parlamentari qal lil-parteċipazzjoni tagħna fil-proġetti u l-inizjattivi tal-Unjoni Ewropea hija importanti minħabba l-fatt li l-parteċipazzjoni ttina l-possibiltà li nimplimentaw proġetti li jirrispondu għal ħtiġijiet lokali filwaqt li l-istakeholders Maltin jkunu jistgħu jikkontribwixxu għal ksib tal-għanijiet komuni Ewropej.
Iżda, sabiex dan isir, Chris Said qal li rridunitilqu fuq strateġija li twassalna għall-konsolidazzjoni ta’ ħiliet speċifiċi bħal project management u kif taħdem is-sistema tal-fondi tal-Unjoni Ewropea għax dawn huma pre-kundizzjonijiet importanti sabiex nieħdu l-massimu tal-beneficcji li toffri s-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Okkażjonijiet bħal ta’ llum huma importanti għaxiġibu l-organizzazzjonijiet eqreb lejn kif taħdem l-UE, u t-taħriġ li se jingħata se jgħin sabiex dawk li jattendu jsiru aktar familjari mat-teknikalitajiet u l-metodi li jintużaw fl-applikazzjonijiet għall-fondi.
Chris Said għalaq billi rringrazzjalil-organizzaturi ta’ dan il-kors, u faħħar il-kwalità tat-taħriġ provdut kif ukoll il-metodu użat u qal li dan it-taħriġ fih innifsu juri kif is-sinerġija bejn il-partijiet differenti tista’ twassal għal azzjoni li minnha tgawdi s-soċjetà tagħna b’mod ġenerali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow