L-ONOR. CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI JIFTAĦ KORS TA’ TAĦRIĠ FUQ IL-FINANZJAMENT TAL-UNJONI EWROPEA
PR1595
27/10/2008
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni Chris Said fetaħ il-kors ta’ taħriġ fuq il-Finanzjament tal-Unjoni Ewropea organizzat mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Temi Zammit u l-Bank of Valletta. |
| Waqt il-ftuħ tal-kors li ser ikun mifrux fuq | erbat ijiem, Chris Said semma l-importanza li Malta tieħu l-massimu tal-benefiċċji mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea f’kull livell tas-soċjetà, u biex dan isir irridu naraw li l-istakeholders kollha bħall-Kunsilli Lokali u l-NGOs jieħdu l-opportunitajiet li jkun hemm għalihom. |
| Chris Said qal li kien minħabba f’hekk li | nħolqot unità fi ħdan il-MEUSAC biex tgħin lil dawn l-entitajiet ikunu jafu aktar bl-opportunitajiet li jkun hemm u jiġu megħjuna biex jimlew l-applikazzjonijiet biex jakkwistaw il-fondi. Għal dan il-għan ukoll il-Gvern se jara li jkun hemm sejħiet għall-proġetti riservati għall-Kunsilli Lokali u se jgħin fl-element ta’ ko-finanzjament. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li | l-parteċipazzjoni tagħna fil-proġetti u l-inizjattivi tal-Unjoni Ewropea hija importanti minħabba l-fatt li l-parteċipazzjoni ttina l-possibiltà li nimplimentaw proġetti li jirrispondu għal ħtiġijiet lokali filwaqt li l-istakeholders Maltin jkunu jistgħu jikkontribwixxu għal ksib tal-għanijiet komuni Ewropej. |
| Iżda, sabiex dan isir, Chris Said qal li rridu | nitilqu fuq strateġija li twassalna għall-konsolidazzjoni ta’ ħiliet speċifiċi bħal project management u kif taħdem is-sistema tal-fondi tal-Unjoni Ewropea għax dawn huma pre-kundizzjonijiet importanti sabiex nieħdu l-massimu tal-beneficcji li toffri s-sħubija fl-Unjoni Ewropea. |
| Okkażjonijiet bħal ta’ llum huma importanti għax | iġibu l-organizzazzjonijiet eqreb lejn kif taħdem l-UE, u t-taħriġ li se jingħata se jgħin sabiex dawk li jattendu jsiru aktar familjari mat-teknikalitajiet u l-metodi li jintużaw fl-applikazzjonijiet għall-fondi. |
| Chris Said għalaq billi rringrazzja | lil-organizzaturi ta’ dan il-kors, u faħħar il-kwalità tat-taħriġ provdut kif ukoll il-metodu użat u qal li dan it-taħriġ fih innifsu juri kif is-sinerġija bejn il-partijiet differenti tista’ twassal għal azzjoni li minnha tgawdi s-soċjetà tagħna b’mod ġenerali. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en