Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-ministeru gĦall-infrastruttura, trasport u komunikazzjoni: il-kap tal-oppoŻizzjoni  jippretendi li jitwemmnu c-cifri anonimi tiegĦu u jiġu njorati studji minn konsulenti serji

PR1592
Date Icon 26/10/2008
Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Joseph Muscat majistax jippretendi li jippreżenta lilu nnifsu bħala awtorità fuq il-prezzijiet internazzjonali taż-żejt u kif dawn għandhom ikunu riflessi fil-kontijiet, meta hu stess ħeba lill-konsulenti anonimi li hu jgħid qed jagħtuh il-pariri.  L-Onor. Joseph Muscat ippubblika rapport anonimu bi ftit ċifri li ma jissostanzjahom bl-ebda studju jew analizi.
Il-kummenti tal-lum ta’ l-Onor. Joseph Muscatjuru li anqas biss ipprova jaqra d-dokumentazzjoni li ħejjew il-konsulenti tal-Gvern u li ppubblikaw fuq il-firma tagħhom.
L-ewwel abbozz tat-tariffi li l-Gvern ippreżentalil MCESD kien maħdum biex jirkupra kemm kien il-prezz taż-żejt fix-xahar ta’ qabel il-preżentazzjoni. Dan ifisser li l-ewwel proposti tal-Gvern kienu diġà qed jagħtu kas ta’ kemm niżel il-prezz mill-għoli ta’ aktar kmieni din is-sena, u kienu qed jinħadmu fuq prezzijiet orħos f’Settembru.
Waral-konsultazzjoni fl-MCESD il-Gvern iddeċieda li jnaqqas l-istimi tiegħu b’€50 miljun fuq il-bażi ta’ riskju kkalkolat li matul ix-xhur li ġejjin il-prezz taż-żejt se jkompli jonqos.
Kifkien intqal fl-ewwel preżentazzjoni tal-proposti tar-riforma, il-Gvern kien kommess li l-kontijiet ta’ l-elettriku ssirilhom reviżjoni kull sitt xhur biex jekk il-prezz internazzjonali jkun jiġġustifika tnaqqis jew żieda fil-prezz tal-kontijiet dan ikun rifless f’dak li jħallsu l-konsumaturi. Dan minbarra li jekk ikun hemm ċaqlieq ta’ aktar minn 15% waqt is-sitt xhur, ir-reviżjoni ssir immedjatament.
Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Joseph Muscat illuminjora dan kollu u pprova minflok jitfa’ dubju fuq ir-rapporti tal-konsulenti tal-Gvern. Dan id-dubju ma jistax jitwemmen meta l-Onor. Joseph Muscat ipatti għalih biss b’reazzjoni ta’ ftit faċċati suppost miktuba minn konsulenti li l-ewwel m’għamlu hu li ħbew wiċċhom.
Il-Gvern stieden lill-Onor. Joseph Muscatghall-prezentazzjoni u diskussjoni dwar ir-rapporti li saru ghall-Gvern mal-konsulenti li ghamluhom.   Lejliet li kellha ssir din il-laqgha, il-Partit Laburista nforma lill-Gvern li Joseph Muscat ma kienx se jattendi minhabba li ried imur il-Libja u minflok, kien se jibghat lid-Deputat Mexxej Laburista Anglu Farrugia.
Il-Gvern pogga r-rapporti kollha fuq il-medja,inkluz għall-Oppozizzjoni Laburista.  Il-mexxej ta’ l-Oppozizzjoni  setgha attenda għal-laqgha mal-Ministri Austin Gatt u Tonio Fenech u għamel il-mistoqsijiet li ried, inkluz lill-konsulenti li għamlu l-istudju għall-Gvern.
Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Joseph Muscat għadu mafehmx li l-mod kif tkun ikkonfrontata r-realtà ekonomika internazzjonali m’humiex rettorika ottimista u rapporti mhux veritjieri minn nies anonomi, iżda b’deċiżjonijiet studjati iżda meħudha f’waqthom, anke akkost li għal dak il-mument, il-prezz għal min jieħu d-deċiżjoni tkun il-kritika partiggjana.
Għalmin imexxi fl-interess nazzjonali, ir-responsabbiltà tiġi qabel il-popolarità.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow