IR-RIFORMA FIS-SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU HI MMIRATA WKOLL BIEX JIŻDIED L-AĊĊESS GĦALL-BELT U TONQOS IL-KONĠESTJONI TAT-TRAFFIKU
PR1591
26/10/2008
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni Austin Gatt qal li l-pjan tal-Gvern hu li wara li tidħol fis-seħħ ir-riforma fis-servizz tat-trasport pubbliku, din tissarraf f’inqas karozzi u f’aktar żoni pedonali fil-Belt f’bilanċ mas-servizzi li jridu jingħataw fil-belt kapitali. |
| Il-Ministru Austin Gatt li kien qiegħed | jindirizza l-ftuħ ta’ seminar bit-tema ‘Valletta 450’, qal li meta jkun hemm dan il-bilanċ, “il-belt” tkun aktar tan-nies, u u frekwentata aktar għal skop ta’ divertiment. Is-seminar hu organizzat mill-Valletta Alive Foundation. |
| Fl-indirizz, hu fisser il-konfużjoni bħala | l-akbar problema għall-Belt. Il-Ministru Gatt semma kif bdew isiru tibdiliet biex tkun indirizzata din il-problema fosthom bl-użu tal-cabs li jaħdmu bl-elettriku u l-estensjoni ta’ żoni ħielsa minn kull traffiku. |
| Hu | semma li l-Gvern għandu aktar inizjattivi biex il-belt kapitali ssir aktar aċċessibbli imma mhux billi tikber il-pressjoni tat-traffiku. F’dan ir-rigward hu qal li jridu jkuu introdotti diversi servizzi ta’ trasport li jkunu effiċjenti u moderni. |
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni żied li l-policies li daħħal il-Gvern qed jgħinu biex il-Belt tkun aktar aċċessibbli. “L-iskop hu li filwaqt li naħdmu biex ma jkunx hemm konġestjoni tat-traffiku, fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm ukoll titjib fil-ħajja tar-residenti waqt li naraw li tkompli tikber l-attivita kummerċjali.” Hu żied li fl-inizjattivi u fil-proġetti li jsiru, il-komunita tal-Belt trid tkun integrata ħalli jgawdi kulħadd. “Irridu nagħmlu l-aħjar użu mill-ispazju li għandna, filwaqt li nirrispettaw il-wirt kulturali waqt li tkun iġġenerata akatr attivita ekonomika.” |
| Fl-istess waqt, il-Ministru Austin Gatt | irrimarka fuq il-bżonn tal-ħarsien tal-liġi. Hu semma fost oħrajn l-problema ta’ bankini imblukkati bl-ipparkjar ta’ karozzi jew inkella imwejjed aktar milli suppost li minbarra jostakolaw l-aċċess, jagħtu dehra xejn sabiħa. |
| Il-Ministru Gatt semma li jekk irridu l-Belt | bħala “il-belt ta’ l-eċċellenza” sa l-2015, irridu wkoll naħdmu skond ir-realtajiet; li din hi belt kapitali li tinkludi r-residenzi l-aktar fil-periferija, il-bini amministrattiv tal-Gvern u l-attivita’ kummerċjali. F’dan l-isfond appella biex jinstab bilanċ fost l-interessi ta’ dawn it-tliet aspetti. |
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni rrefera wkoll għal xogħlijiet ta’ restawr fil-Belt, u filwaqt li rrikonoxxa l-importanza ta’ investiment f’din id-direzzjoni, tenna li għandha tingħata priorita’ lill-utilita’ tal-proġett u li jkun se jagħmel differenza, u mhux li jkun se jappella għall-minoranza biss. |
| Hu | temm billi appella li hekk kif resqin lejn iċ-ċelebrazzjoni tal-450 sena mit-twaqqif tal-Belt, kwalunkwe tibdil li jsir għandu jassigura li jitħarsu l-istil u l-karatterisitika ta’ dan “il-ġojjel storiku”. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en