IL-PRESIDENT ITEMM IŻ-ŻJARA F’ĦAD-DINGLI
PR1590
26/10/2008
| “Raħal ċkejken iżda b’sens qawwi ta’ identita`” | – iddeskriva Ħad-Dingli , il-President Eddie Fenech Adami fi tmien iż-żjara uffiċjali ta’ jumejn flimkien mas-Sinjura Fenech Adami. |
| Il-President qal li kien pjaċir tiegħu li jżur | Ħad-Dingli, raħal imsemmi għal veduti u l-għelieqi b’pajsaġġ, b’residenti b’sens ta’ komunita’, riżultat tal-ħidma tal-għaqdiet volontarji u l-Kunsill Lokali. Il-President qal ukoll li l-Kunsilli Lokali taw prova tal-utilita’ tagħom u dan grazzi għall-kunsilliera u s-sindki li jaħdmu b’dedikazzjoni għal ġid tal-lokal. |
| Il-President u s-Sinjura Fenech Adami dalgħodu | hadu sehem fil-quddiesa, fl-istess Parroċċa, u żammew l-użanza illi fiż-żjarat uffiċjali tagħhom jiltaqgħu mar-residenti tal-lokal fuq iz-zuntier għal kafe u pastizzi. |
| Il-President, akkumpanjat mis-Sindku Ian Borg, | iltaqa’ ma numru ta’ personalitajiet fir-raħal, bħal Dun Gwann Abela mwieled f’Ħad Dingli, li għandu 82 sena u li huwa magħruf għall-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa għal snin sħaħ. Iltaqa’ ukoll ma’ Angelo Azzopardi li ilu snin dedikat f’Koperattiva tal-Bdiewa Ħad-Dingli u ma’ bidwi ieħor John Micallef. Il-President kien ukoll ippreżentat b’kopja ta’ ritratt tal-fotografu Joseph Smith li għadu kif rebaħ il-premju f’konkors ta’ l-Unjoni Ewropea li ikkomemora s-Sena għad-Djalogu Interkulturali |
| Is-Sur Azzopardi spjega l-ħidma tal-bdiewa | fir-raħal agrikolu ta’ Ħad-Dingli b’motto: “Il-Kwiet tar-raba’ mhux għażżien”. Wara l-President żar lir-ragħaj Joe Muscat, wieħed mill-ftit li baqa’ jidher fil-kampanja, waqt li kien qed jirgħa l-merħla nagħaġ u l-mogħoż tiegħu fl-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli - xena li saret rari fi gżirijietna. |
| Il-President żar il-Każin ta’ l-Għaqda Mużkali | Santa Marija kif ukoll Ġnien il-Ħaddiem fejn kien hemm iċ-ċkejknin tad-Dingli Swallows Youth Nursery waqt it-taħriġ, kif ukoll l-Iscouts tar-raħal, għaddejjin bl-attivitajiet tagħhom. B’tifkira taż-żjara tiegħu il-President Fenech Adami ħawwel siġra fi Ġnien il-Ħaddiem. |
| IL-President żar ukoll il-Kappella ta’ Santa | Maddalena li tinsab fl-idrumiijiet ta’ Ħad-Dingli u mill-belvedere ta’ biswitha apprezzaw ix-xena tal-irdumijiet u ’l hinn il-baħar Mediterran. |
| Is-Sinjura Fenech Adami żaret familji, iltaqgħet | mal-Girl Guides u wara mal-‘Kummissjoni Djakonija’, li taħdem fost l-anżjani, l-morda u l-familji fil-bżonn. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en