Left arrow Go Back

L-ART MGHODDIJA LIL-GASCO HIJA KOLLHA TAL-GVERN

PR1589
Date Icon 26/10/2008
Qed issir referenzaghall-artiklu li deher illum il-Hadd 26 ta’ Ottubru fil-gazzetta TheMalta Independent on Sunday intitolat ‘Constitutional Court case threatens gas privatization plans’ miktub minn David Lindsay.  Id-Dipartiment tal-Artijiet, li jaghmel parti mid-Divizjoni Proprjeta’ tal-Gvern (GPD), jinsab f’pozizzjoni li jiddikjara, bhalma ghamel diga is-Segretarju Parlamentari, Dr Jason Azzopardi, responsabbli minn din id-divizjoni, kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech,  li l-art kollha li l-Gvern ghadda lill-Kumpanija Enemalta hija zgur proprjeta’ tal-Gvern.  Bl-istess mod, il-GPD huwa infurmat li l-art li l-Enemalta ghaddiet lill-GASCO hija ezatt l-istess art hawn fuq imsemmija.  Dan igib fix-xejn l-argumenti tal-Onor Dr Hose’ Herrera fil-Parlament, irrappurtati f’dan l-artiklu.
Ta min wiehed isemmiukoll illi l-Onor Herrera wieghed li ser jghaddi lill-GPD, kopja tas-survey sheet illi tixhed l-allegazzjonijiet tieghu fil-Parlament.  Minkejja li l-kummissarju tal-Artijiet l-ghada tad-dibattitu ikkuntattja personalment lill-Onor Herrera biex ifakkru f’dawn l-istess survey sheets, l-Onor Herrera ma ghaddihomx.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow