Left arrow Mur Lura

JITĦABBRU ATTIVITAJIET LI SE JFAKKRU L-210 ANNIVERSARJU MINN META L-FRANĊIŻI TELQU MINN GĦAWDEX

PR1579
Date Icon 24/10/2008
“Irridunaraw kif ilkoll flimkien inkomplu noħolqu attivitajiet u inizjattivi li jġeddu u jtejbu l-prodott turistiku tagħna għaliex huwa dan li jiddistingwina minn destinazzjonijiet turistiċi oħra fir-reġjun tagħna.” Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor. Mario de Marco qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbru d-dettalji ta’ numru ta’ attivitajiet li se jfakkru l-210 anniversarju minn meta l-Franċiżi ċedew l-armi u ħallew il-gżira Għawdxija.
L-Onor. de Marcosostna li dawk kollha involuti fit-turiżmu – il-Gvern, il-Kunsilli Lokali, is-settur privat u l-għaqdiet mhux governattivi – iridu jaraw kif se jkunu kreattivi sabiex il-prodott turistiku tagħna jitjieb, jiġġedded u jkun ta’ attrazzjoni dejjem akbar għat-turist. Huwa semma wkoll li f’dan il-każ partikolari, kien qed ikun indirizzat ukoll it-turiżmu intern lejn Għawdex u dan huwa importanti għaliex dak kollu li jsir f’dan il-qasam m’għandux iseħħ għall-barranin biss, iżda l-ewwel u qabel kollox għalina stess.
Is-SegretarjuParlamentari għat-Turiżmu rrefera wkoll għal xi kummenti li saru dan l-aħħar dwar it-turiżmu f’Għawdex. Huwa sostna li filwaqt li nżommu saqajna mal-art, ikun tajjeb ukoll li nirrikonoxxu l-kisbiet li għamilna, fejn fuq il-medda tad-disa’ xhur bejn Jannar u Settembru, in-numru ta’ passiġgieri lejn Għawdex żdied b’aktar minn erbgħa fil-mija – jew aktar minn 130,000 – fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra. In-numru ta’ vetturi li nġarrew mill-Gozo Channel żdied ukoll b’ħamsa fil-mija u kif ukoll il-vjaġġi żdiedu bi kważi tnejn fil-mija. Dwar l-akkomodazzjoni f’Għawdex irid jingħad li fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena, Għawdex irreġistra żieda ta’ ftit aktar minn tlieta fil-mija fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra f’dik li hi numru ta’ ljieli totali li l-Maltin u l-barranin qattgħu f’Għawdex.
Dr de Marcokkonkluda li huwa fatt li l-industrija tat-turiżmu se tkun qed tiffaċċja sfidi diffiċli minħabba l-problemi finanzjarji internazzjonali u minħabba t-theddida ta’ riċessjoni li hemm fi swieq turistiċi kruċjali għal Malta. Huwa għalhekk li jeħtieġ ħidma sfieqa bil-kontribut ta’ kulħadd sabiex naraw kif indawru dawn l-isfidi f’opportunitajiet.
Is-Sindku tar-RabatGħawdex, is-Sur Robert Tabone,  tkellem dwar l-attivitajiet li se jinkludu ‘re-enactments’ organizzati flimkien mal-Historical Re-enactment Group of Malta (HRGM) bejn il-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru u s-Sibt l-1 ta’ Novembru, fil-Pjazza tat-Tokk, fiċ-Ċitadella u fit-toroq tal-madwar. L-iktar attività interessanti se tkun il-‘battalja’ li se sseħħ is-Sibt filgħodu bejn l-10.30 u 12.00. Huwa rringrazzja lil diversi organizzazzjonijiet għall-għajnuna tagħhom, fosthom il-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, iċ-CircoloGozitano, iċ-Ċentru taċ-Ċittadella għall-Kultura u l-Arti, il-kumpanija Gozo Channel u l-kumpanija Coca Cola.

…/pr1579a.pdf

…/pr1579b.pdf

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow