NINVESTU GĦAL-LUM U GĦALL-ĠEJJIENI TIEGĦEK
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni Chris Said qal li l-Unjoni Ewropea ma tfissirx biss fondi. Il-Fondi Struttrurali tal-UE ifissru wkoll żvilupp ekonomiku u soċjali. Il-fondi strutturali wasslu għal riżultati viżibbli u permezz ta’ din l-esebizzjoni kulħadd se jkun jista’ jara kif il-proġetti u l-inizjattivi li saru fil-perjodu 2004-2006 tejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. |
| Permezz tal-fondi mill-Unjoni Ewropea għas-snin | 2004 u 2006, Malta diġà wettqet aktar minn 80 proġett differenti. Dawn jinkludu: |
· Inizjattivi ambjentali fosthom it-tpoġġija ta’ kontenituri f’lokalitajiet differenti għal skart separat; faċilitajiet ġodda għar-rimi ta’ skart goff biex imbagħad jiġi riċiklatt; il-bidu tar-rijabilitazzjoni tal-Magħtab
· Toroq arterjali ġodda f’Malta u f’Għawdex
· Aktar faċilitajiet fil-kwartier tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ
· Għexieren ta’ korsijiet għan-nisa, għaż-żgħażagħ u għall-ħaddiema li fihom ipparteċipaw aktar minn 11,000 persuna
· Bini u għajnuna għall-child care centres
· Għajnuna finanzjarja lill-bdiewa, raħħala u sajjieda
· Bini mill-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turisitiċi f’Għawdex, u
· Aktar faċilitajiet fl-MCAST
| Chris Said qal li dawn il-proġetti tejbu | l-ambjent u l-infrastruttura tal-pajjiż fost l-oħrajn fl-oqsma tat-trasport, edukazzjoni u turiżmu. |
| Il-proġetti għenu wkoll biex jinħoloq aktar | xogħol u jkollna workforce aktar kompetittiva u mħarrġa. L-Onor. Chris Said kompla jgħid li flimkien ma’ dan, il-fondi strutturali għenuna nsaħħu s-setturi tal-agrikoltura u s-sajd. |
| Grazzi għal dawn il-fondi kien hemm aktar minn | 390 intrapriża li bbenefikaw minn skemi ta’ għajnuna diretta u minn titjib fiż-żoni industrijali. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni qal li fl-erba’ snin li għaddew ġew implimentati 87 proġett li kienu kofinanzjati mill-Fondi Strutturali tal-U.E. b’investiment totali ta’ 86.5 miljun Ewro. |
| Ma’ | dawn kien hemm tliet proġetti ambjentali kofinanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni b’investiment ta’ 28.5 miljun Ewro. |
| Chris Said qal li minkejja li sar ħafna, | il-Gvern mhux ser jieqaf hawn u diġà hemm 33 proġett ieħor approvat taħt il-budget tal-U.E. 2007-2013. Fix-xhur li ġejjin se jiġu approvati aktar proġetti u fil-perjodu 2007-2013 Malta se tieħu 855 miljun Ewro bħala għajnuna mill-U.E. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981