Left arrow Mur Lura

Malta u Ċipru jaqblu li jaħdmu flimkien biex jitħaddem il-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil

PR1576
Date Icon 24/10/2008

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, il-bieraħ kien Nicosia f’Ċipru għal żewġ  laqgħat importanti,  intiżi sabiex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma tas-sigurtà, l-immigrazzjoni llegali u l-ġustizzja.

Fl-ewwel laqgħa mal-Ministru tal-Intern Ċiprijott,  l-Onor. Neoclis Syliciotis, saru diskussjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil b’mod partikolari dwar:

·        mekkaniżmi aħjar għar-rimpatriju ta’ immigranti li ma ħaqqhomx protezzjoni internazzjonali,

·        li jiġu fis-seħħ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi ta’ oriġini, 

·        kif ukoll dwar il-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni f’pajjiżi oħra tal-Unjoni għal dawk li ħaqqhom protezzjoni internazzjonali.

Iż-żewġ Ministru qablu li ż-żewġ pajjiżi,  qedjiffaċċjaw sfidi qawwija fil-qasam tal-immigrazzjoni illegali, u li hemm bżonn jaħdmu flimkien biex il-Patt, li kien approvat aktar kmieni dan ix-xahar, jibda jiġi implimentat. Il-Ministru Mifsud Bonnici sostna li dan il-patt għandu jibqa’ prijorità fuq l-agenda Ewropea matul il-presidenzi li ġejjin għax din hija problema Ewropea u Mediterranja li trid tkompli tiġi ndirizzata b’ħidma effettiva.
Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern aktartard iltaqa’ wkoll mal-Ministru għall-Ġustizzja u Ordni Pubbliku, l-Onor. Kypros Chrsystomides. Matul din il-laqgħa il-Ministri indirizzaw bosta elementi ta’ interess komuni fis-settur tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-pulizija. Il-ministri tkellmu dwar kif jistgħu jitħaddmu aħjar proġetti marbuta mas-sistema E-Justice u kif jistgħu jinbnew programmi ta’ taħriġ iktar specjalizzat għall-ġudikatura. Ġew diskussi anke proposti ta’ kif wieħed jista’ jżid il-kollaborazzjoni, informazzjoni u bdil ta’ esperjenzi bejn l-istati membri f’dan il-qasam.
Il-Ministru Mifsud Bonnici u l-MinistruChrsystomides iddiskutew ukoll dwar iż-żamma ta’ l-ordni, partikolarment kif tista’ tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-forzi tal-Pulizija taż-żewġ pajjiżi. Dan sija fl-esperjenzi reċiproċi fil-qasam ta’ l-immigrazzjoni illegali, fil-proċess ta’ rimpatriju ta’ dawk li ma ħaqqhomx protezzjoni, kif ukoll fil-ġlieda kontra d-delinkwenza, t-traffikar tad-droga; sabiex jiġu ffirmati ftehim blaterali li jissodaw din il-kollaborazzjoni, u finalment kif l-Akkademji tal-Pulizija taż-żewġ pajjiżi jistgħu jaħdmu aħjar.
Fiż-żewġ laqgħat kien hemm qbil li dawnl-laqgħat għandhom jibqgħu jinżammu fuq bażi regolari.
Illum, il-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici jinsabfil-Lussemburgu għal laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri responsabbli mill-Ġustizzja u l-Intern.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow