Malta u Ċipru jaqblu li jaħdmu flimkien biex jitħaddem il-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil
Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, il-bieraħ kien Nicosia f’Ċipru għal żewġ laqgħat importanti, intiżi sabiex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma tas-sigurtà, l-immigrazzjoni llegali u l-ġustizzja.
Fl-ewwel laqgħa mal-Ministru tal-Intern Ċiprijott, l-Onor. Neoclis Syliciotis, saru diskussjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil b’mod partikolari dwar:
· mekkaniżmi aħjar għar-rimpatriju ta’ immigranti li ma ħaqqhomx protezzjoni internazzjonali,
· li jiġu fis-seħħ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi ta’ oriġini,
· kif ukoll dwar il-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni f’pajjiżi oħra tal-Unjoni għal dawk li ħaqqhom protezzjoni internazzjonali.
| Iż-żewġ Ministru qablu li ż-żewġ pajjiżi, qed | jiffaċċjaw sfidi qawwija fil-qasam tal-immigrazzjoni illegali, u li hemm bżonn jaħdmu flimkien biex il-Patt, li kien approvat aktar kmieni dan ix-xahar, jibda jiġi implimentat. Il-Ministru Mifsud Bonnici sostna li dan il-patt għandu jibqa’ prijorità fuq l-agenda Ewropea matul il-presidenzi li ġejjin għax din hija problema Ewropea u Mediterranja li trid tkompli tiġi ndirizzata b’ħidma effettiva. |
| Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern aktar | tard iltaqa’ wkoll mal-Ministru għall-Ġustizzja u Ordni Pubbliku, l-Onor. Kypros Chrsystomides. Matul din il-laqgħa il-Ministri indirizzaw bosta elementi ta’ interess komuni fis-settur tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-pulizija. Il-ministri tkellmu dwar kif jistgħu jitħaddmu aħjar proġetti marbuta mas-sistema E-Justice u kif jistgħu jinbnew programmi ta’ taħriġ iktar specjalizzat għall-ġudikatura. Ġew diskussi anke proposti ta’ kif wieħed jista’ jżid il-kollaborazzjoni, informazzjoni u bdil ta’ esperjenzi bejn l-istati membri f’dan il-qasam. |
| Il-Ministru Mifsud Bonnici u l-Ministru | Chrsystomides iddiskutew ukoll dwar iż-żamma ta’ l-ordni, partikolarment kif tista’ tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-forzi tal-Pulizija taż-żewġ pajjiżi. Dan sija fl-esperjenzi reċiproċi fil-qasam ta’ l-immigrazzjoni illegali, fil-proċess ta’ rimpatriju ta’ dawk li ma ħaqqhomx protezzjoni, kif ukoll fil-ġlieda kontra d-delinkwenza, t-traffikar tad-droga; sabiex jiġu ffirmati ftehim blaterali li jissodaw din il-kollaborazzjoni, u finalment kif l-Akkademji tal-Pulizija taż-żewġ pajjiżi jistgħu jaħdmu aħjar. |
| Fiż-żewġ laqgħat kien hemm qbil li dawn | l-laqgħat għandhom jibqgħu jinżammu fuq bażi regolari. |
| Illum, il-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici jinsab | fil-Lussemburgu għal laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri responsabbli mill-Ġustizzja u l-Intern. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en