SEJĦA PUBBLIKA GĦAL DAWK KOLLHA LI GĦANDHOM RIĊERKA LOKALI DWAR L-EFFETTI TAL-MEDIA FUQ IL-FAMILJA MALTIJA
Wara l-laqgħa ta’ nhar il-15 ta’ Ottubru, 2008[1] li kienet titratta l-effetti tal-media fuq il-familja, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ġibed l-attenzjoni li jinħass il-bżonn ta’ aktar riċerka lokali fuq dan is-suġġett (ara stqarrija għall-istampa numru 1506[2]).
Jidher li din il-laqgħa qanqlet interess u l-Kumitat ġie avviċinat minn diversi riċerkaturi li għamlu studju fuq l-effetti tal-media fuq il-familja jew is-soċjetà Maltija. Dan ġie nnutat bi pjaċir u għaldaqstant il-Kumitat qed isejjaħ għal dawk il-persuni li għamlu xi tip ta’ riċerka fuq dan is-suġġett sabiex jiktbu lil Onor Edwin Vassallo MP (Chairperson) fuq edwin.vassallo@gov.mt, b’kopja lis-Sur James Carabott, Research Analyst fuq james.carabott@gov.mt. Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali lest li jiltaqa’ ma’ dawn ir-riċerkaturi u jorganizza laqgħa pubblika fil-futur sabiex jintefa’ aktar dawl fuq is-suġġett.
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981