Left arrow Go Back

SEJĦA PUBBLIKA GĦAL DAWK KOLLHA LI GĦANDHOM RIĊERKA LOKALI DWAR L-EFFETTI TAL-MEDIA FUQ IL-FAMILJA MALTIJA

PR1575
Date Icon 24/10/2008

Wara l-laqgħa ta’ nhar il-15 ta’ Ottubru, 2008[1] li kienet titratta l-effetti tal-media fuq il-familja, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ġibed l-attenzjoni li jinħass il-bżonn ta’ aktar riċerka lokali fuq dan is-suġġett (ara stqarrija għall-istampa numru 1506[2]).

Jidher li din il-laqgħa qanqlet interess u l-Kumitat ġie avviċinat minn diversi riċerkaturi li għamlu studju fuq l-effetti tal-media fuq il-familja jew is-soċjetà Maltija.  Dan ġie nnutat bi pjaċir u għaldaqstant il-Kumitat qed isejjaħ għal dawk il-persuni li għamlu xi tip ta’ riċerka fuq dan is-suġġett sabiex jiktbu lil Onor Edwin Vassallo MP (Chairperson) fuq edwin.vassallo@gov.mt, b’kopja lis-Sur James Carabott, Research Analyst fuq james.carabott@gov.mt.  Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali lest li jiltaqa’ ma’ dawn ir-riċerkaturi u jorganizza laqgħa pubblika fil-futur sabiex jintefa’ aktar dawl fuq is-suġġett.    



[1] Isma s-seduta fuq http://www.parliament.gov.mt/information/Committee%20-%20Social%20Affairs%20Committee/11-Social%20Affairs%20Committee.asp

[2] http://www.doi.gov.mt/EN/press%5Freleases/2008/10/pr1506.asp

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow