DISKORS TAL-ONOR. JASON AZZOPARDI, SEGRETARJU PARLAMENTARI TA’ ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-HOME EXHIBITION – 23 TA’ OTTUBRU 2008 – TA’ QALI
PR1571
23/10/2008
| Għażiż Chairman, | Direttur, Esebituri, Mistednin distinti, |
| Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li nkun hawnhekk | fostkom illejla, għal ftuħ ta’ din il-‘Home Exhibition’ fil-Malta Fairs and Conventions Centre. Din il-Wirja fit-tielet edizzjoni tagħha f’dan is-sit, li sena wara l-oħra qed issir iktar u iktar popolari fil-ġeneru tagħha. |
| Fi żmien fejn id-dinja qed tinbidel b’ħeffa | liema bħalha, u li fiha l-istil ta’ ħajja ta’ ħafna minna qed jinbidel b’ritmu mgħaġġel, ir-realtà li ngħixu fiha llum toffrilna sfidi ġodda, li jinħtieġ li nindirizzaw b’kuraġġ. Dak li konna nagħmlu lbieraħ, illum mhux neċessarjament li jibqa’ validu, u għalhekk jinħtieġ li nirrevedu prattiki tagħna għall-eżiġenzi taż-żminijiet. |
| Ninnota b’sodisfazzjon li llum il-ġurnata | l-pubbliku għandu konoxxenza ogħla tal-issues li qed jifformaw il-ġejjieni tagħna, speċjalment dawk ambjentali. Dan ma joħroġx biss mill-feedback tajjeb ħafna li qed nirċievu għall-azzjonijiet li qed jagħmel dan il-Gvern favur ambjent iktar nadif ta’ kulħadd u iktar sostenibbli; joħroġ ukoll mill-għatx ta’ hafna li jitgħallmu dwar dan is-suġġett. |
| Dan kollu japplika b’mod qawwi għar-realtà | domestika tad-djar tagħna, għax il-familji tagħna ukoll għandom kontribut qawwi x’jagħtu f’dan is-sens. Aħna nafu li bil-livell ta’ għajxien tagħna dejjem jogħla, u bl-istil ta’ ħajja tagħna dejjem jitjieb id-domanda tad-djar tagħna għall-enerġija qiegħda dejjem tiżdied. Dan qed iħalli impatt kbir fuq ir-realtà ambjentali, impatt li il-Gvern qiegħed jindirizza b’mod dirett. |
| Skond l-istatistika li għandna, nafu li | fil-perjodu 2000 sa 2004, l-ekonomija Maltija tejbet l-effiċjenza tal-enerġija tagħha b’6 fil-mija, filwaqt li is-settur tad-djar tejjeb din l-effiċjenza tal-enerġija b’9 fil-mija. Dawn huma statistiki inkoraġġanti, u l-indikazzjonijiet juru illi dawn il-perċentwali qed jitjiebu. Iżda tibqa’ t-triq twila li għandna nimxu. Iktar ma nżidu l-effiċjenza fl-enerġija, iktar nikkontrollaw in-nefqa fuq il-konsum tal-enerġija. |
| Skond kif hemm fid-dokument ta’ qabel il-Budget | 2009, l-issue tal-enerġija hija prijorità nazzjonali. Hija prijorità li l-Gvern qed jippjana li jindirizza fuq diversi livelli, bis-settur pubbliku ikun l-ewwel li jsir mudell f’din l-effiċjenza. |
| Din hija bidla li jeħtieġ li ssir bil-kontribut | ta’ kulħadd, anke bil-kontribut tad-djar tagħna. Biex jinkoraġġixxi dan, il-Gvern beħsiebu jdaħħal skemi li jinċentivaw l-użu iktar razzjonali u responsabbli tal-enerġija. Dawn l-inċentivi jinkludu Skemi permezz tal-fondi strutturali 2007-2013 li jippromwovu l-użu ta’ Solar Water heaters kif ukoll ta’ Photo Voltaic Panels fid-djar tagħna. Skond il-programm elettorali, il-Gvern ser jistudja ukoll proposti biex jiġu mqassma 5 compact flourescent lamps kull sena għal sentejn, għal kull dar f’Malta u Għawdex. Ta’ min wieħed jinnota li din l-iskema ġiet adottata b’suċċess ukoll fil-Portugall. |
| Flimkien ma’ dan il-Gvern qed jagħti l-appoġġ | tiegħu kollu anke fuq livelli Ewropew, l-inizjattiva biex pajjiżi japplikaw rati iżjed baxxi ta’ VAT fuq prodotti li jirriżultaw li jkunu jiġġeneraw enerġija li tiġġedded, u li b’hekk ma jħallux effetti negattivi fuq l-ambjent. |
| L-iskemi kollha li beħsiebu jniedi l-Gvern ser | ikunu supplimentati b’servizzi ta’ informazzjoni, li permezz tagħhom il-konsumatur ikun iktar infurmat dwar l-iskema innifisha, u kif l-aħjar li wieħed jieħu vantaġġ minnha. Dawn is-servizzi ta’ informazzjoni ikunu parti minn kampanja edukattiva mmirata fuq il-konsum ta’ enerġija, u kif dan jista’ jittejjeb. Dan il-Gvern dejjem emmen fis-saħħa tal-edukazzjoni, fuq kull livell, u għalhekk huwa biss għaqli li jintużaw l-għodda ta’ żminijietna bħalma huma Websites interattivi, help-lines kif ukoll il-media fis-sens wiegħsa kollu tagħha, biex jasal il-messaġġ. |
U l-messaġġ huwa wieħed sempliċi, illi jaqblilna li naħsbu llum, biex inħarsu għada. Il-Gvern ser jagħmel il-parti tiegħu bi proġetti kbar bħalma huma l-offshore windfarm, u oħrajn, iżda tajjeb ukoll illi kull dar tagħna ssir eżempju ta’ sostenibbilità fl-enerġija.
Nirringrazzjakom, u nawguralkom kull suċċess fix-xogħol tagħkom.
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en