Left arrow Mur Lura

F’NOVEMBRU SER JINGĦATA BIDU GĦAL ĦDAX-IL EDIZZJONI TA’ SKOLASPORT F’GĦAWDEX

PR1566
Date Icon 23/10/2008
Studentital-iskejjel primarji u sekondarji f’Għawdex, qed jerġgħu jingħataw l-opportunità li kull nhar ta’ Sibt, bejn l-1 ta’ Novembru li ġej sal-aħħar ta’ Mejju, jibdew jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi fil-programm Skolasport li jiġi organizzat fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex. L-attivitajiet ta’ Skolasport ġew organizzati f’Għawdex matul dawn l-aħħar ħdax-il sena, fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex b’koordinazzjoni mal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex. Is-sessjonijiet jinżammu kull nhar ta’ Sibt filgħodu u l-parteċipanti jkunu jistgħu jużaw it-trasport organizzat li jitlaq mill-pjazza ta’ kull raħal fit-tmienja u nofs ta’ filgħodu u jirritorna għal ħabta tan-nofs siegħa ta’ wara nofsinhar.
Fost id-dixxiplinisportivi li ser ikunu mgħallma hemm dawk tal-hip-hop, breakdance, lawn tennis, ġinnastika, indoor climbing, arti marzjali, handball u basketball. Din is-sena, Skolasport f’Għawdex ser tkun qed toffri tliet dixxiplini tal-isport ġodda, fosthom it-table-tennis, iċ-ċikliżmu u l-ħiliet fil-logħba tal-futbol. L-aħħar żewġ dixxiplini qanqlu entużjażmu fost l-istudenti u fil-fatt kienu l-aktar dixxiplini li ntgħażlu fost l-applikazzjonijiet li ntefgħu sa issa. Barra minn hekk ta’ min isemmi li l-lezzjonijiet fit-table tennis ser ikunu jistgħu jiġu pprovduti wara x-xogħlijiet li saru fl-aħħar xhur, li permezz tagħhom sar titjib fis-sala fejn jintlagħab dan l-isport ta’ ġewwa. Inizjattiva oħra li qed tittieħed ukoll għall-ewwel darba din is-sena, hija dik li tfal li jattendu l-ewwel sena tal-iskola primarja ser ikunu introdotti għall-Kidz Blitz biex b’hekk jitnissel fihom l-ispirtu sportiv sa minn età żgħira.
Ġew maħsuba wkollattivitajiet oħra għal matul is-sena biex iżewqu l-programm u joffru aktar tagħrif lill-parteċipanti. Lecturers professjonali ser ikunu mistiedna biex jagħtu taħditiet dwar dieta tajba, il-mekkaniżmi tal-ġisem u l-ewwel għajnuna. Ser ikun hemm ukoll żjajjar fil-kumpless sportiv tal-Marsa fejn l-istudenti Għawdxin jipparteċipaw f’diversi attivitajiet sportivi flimkien ma’ studenti oħra li jattendu skolasport f’Malta. Hu wkoll ippjanat li jiġi organizzat jum sportiv f’Diċembru kif ukoll festival tal-arti marzjali li ser ikun jinkludi dimostrazzjonijiet minn atleti professjonali fl-iSpirit Combat, Kick-boxing, Olympic Wrestling, Akido, Kung-Fu u Karate. Din l-attività ser tkun miftuħa għall-pubbliku inġenerali. Il-programm ta’ Skolasport 2008 jiġi fi tmiemu fl-aħħar ta’ Mejju, bil-wirja annwali li matulha l-istudenti li jkunu pparteċipaw juru il-progress li jkunu għamlu matul is-sena.
Sadanittant,fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex twaqqfet Customer Care desk  fejn ser jibdew jintlaqgħu l-ilmenti u s-suġġerimenti dwar Skolasport. Dan iservi wkoll biex jissaħħaħ is-servizz mogħti lill-pubbliku Għawdxi fil-qasam sportiv u edukattiv. L-applikazzjonijiet għal Skolasport 2008 għadhom qed jintlaqgħu waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex, minn fejn jista’ jinkiseb ukoll aktar tagħrif fuq in-numru tat-telefon 21560677.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow